|
+Artikolu 38 2. |
Artikolu 38 2.L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fir-rigward tal-ksur elenkat fil-punt (a) tal-paragrafu 1:
(a)
dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew l-entità legali responsabbli u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 42;
(b)
ordni li teħtieġ lill-persuna fiżika jew entità ġuridika responsabbli li twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;
(c)
sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta' mill-inqas darbtejn l-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati;
(d)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Lulju 2017, jew 3 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar rapporti finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali. Fejn il-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li hi meħtieġa biex tipprepara l-kontijiet finanzjarji konsolidati f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali aħħarija;
(e)
fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 700 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Lulju 2017. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|