+Artikolu 41 Rapporti dwar ksur
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.

Artikolu 41 Rapporti dwar ksur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu u jippermettu r-rapportar ta’ ksur reali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament lilhom.
Artikolu 41 2.

Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a) 

proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta’ rapporti ta’ ksur reali jew potenzjali u l-issuktar tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal rapporti bħal dawn;

(b) 

protezzjoni xierqa lill-impjegati li jaħdmu taħt kuntratt ta’ impjieg li jirrapportaw il-ksur mill-inqas kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta’ trattament inġust mill-impjegatur tagħhom jew partijiet terzi;

(c) 

protezzjoni tal-identità u d-data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur u tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli tal-ksur, fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm tali żvelar ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew wara proċeduri ġudizzjarji.

Artikolu 41 3.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi finanzjarji lil persuni li joffru informazzjoni rilevanti dwar ksur reali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament li għandhom jingħataw f'konformità mal-liġi nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmirijiet legali jew kuntrattwali pre-eżistenti li jirrapportaw tali informazzjoni, u sakemm l-informazzjoni tkun ġdida u li din tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva jew kriminali, jew fit-teħid ta’ miżura amministrattiva oħra, għal ksur ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 41 4.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil impjegaturi li jkunu involuti f’attivitajiet li huma regolati għal skopijiet tas-servizzi finanzjarji biex ikollhom fis-seħħ proċeduri adatti għall-impjegati tagħhom sabiex jirrappurtaw ksur reali jew potenzjali internament permezz ta’ kanal speċifiku, indipendenti u awtonomu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.