|
+Artikolu 41 2. |
Artikolu 41 2.Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
(a)
proċeduri speċifiċi għar-riċeviment ta’ rapporti ta’ ksur reali jew potenzjali u l-issuktar tagħhom, inkluż l-istabbiliment ta’ kanali ta’ komunikazzjoni siguri għal rapporti bħal dawn;
(b)
protezzjoni xierqa lill-impjegati li jaħdmu taħt kuntratt ta’ impjieg li jirrapportaw il-ksur mill-inqas kontra r-ritaljazzjoni, id-diskriminazzjoni u tipi oħra ta’ trattament inġust mill-impjegatur tagħhom jew partijiet terzi;
(c)
protezzjoni tal-identità u d-data personali kemm tal-persuna li tirrapporta l-ksur u tal-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli tal-ksur, fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm tali żvelar ma jkunx meħtieġ mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew wara proċeduri ġudizzjarji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|