+Artikolu 47 Rapport tal-ESMA dwar il-prospetti
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
|
Artikolu 47 Rapport tal-ESMA dwar il-prospetti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
Abbażi tad-dokumenti li ġew ippubblikati permezz tal-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 21(6), l-ESMA għandha kull sena tippubblika rapport li jinkludi statistika dwar il-prospetti approvati u nnotifikati fl-Unjoni u analiżi tax-xejriet, b’kont meħud ta’:
▼M5
(a)
it-tipi ta’ emittenti, b’mod partikolari l-kategoriji ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 15a(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d);
▼B
(b)
it-tip ta’ ħruġ, b’mod partikolari l-korrispettiv totali tal-offerti, it-tipi ta’ titoli trasferibbli, it-tipi ta’ post ta’ negozjar u d-denominazzjonijiet.
|
|
Artikolu 47 2.
|
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih b’mod partikolari:
▼M5
(a)
analiżi tal-punt sa fejn ir-reġimi ta’ żvelar stabbiliti fl-Artikoli 14a u 15a, u fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali msemmi fl-Artikolu 9, qegħdin jintużaw fl-Unjoni kollha;
▼B
(b)
statistika dwar prospetti bażi u kondizzjonijiet finali, u fuq prospetti mfassla bħala dokumenti separati jew bħala dokument uniku;
(c)
statistika dwar il-korrispettiv medju u globali ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku soġġetti għal dan ir-Regolament, minn kumpanniji mhux ikkwotati, kumpanniji li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fuq MTFs, inkluż swieq tal-SMEs li qed jespandu, u kumpanniji li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fis-swieq regolati. Fejn applikabbli, din l-istatistika għandha tipprovdi analiżi dettaljata bejn offerti pubbliċi inizjali u offerti sussegwenti, u bejn titoli ta’ ekwità u mingħajr ekwità;
(d)
statistika dwar l-użu tal-proċeduri ta’ notifika tal-Artikoli 25 u 26, inkluż analiżi għal kull Stat Membru tal-għadd ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni nnotifikati fir-rigward tal-prospetti, id-dokumenti tar-reġistrazzjoni u d-dokumenti tar-reġistrazzjoni universali.
|
|
Artikolu 47 3.
|
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 l-ESMA għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
analiżi tal-punt sa fejn jintużaw l-eżenzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(4), l-ewwel subparagrafu, il-punti (da) u (db), u fl-Artikolu 1(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (ba) madwar l-Unjoni, inkluż statistika dwar id-dokumenti msemmijin f’dawk l-Artikoli li jkunu ġew iddepożitati għand l-awtoritajiet kompetenti;
(b)
statistika dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni universali msemmijin fl-Artikolu 9 li tkun ġiet iddepożitata għand l-awtoritajiet kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|