+Artikolu 48 2.

Artikolu 48 2.

Ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni ta’, fost affarijiet oħra, jekk is-sommarju tal-prospett, ir-reġimi ta’ żvelar stipulati fl-Artikoli 14a u 15a, id-dokument tar-reġistrazzjoni universali msemmi fl-Artikolu 9 u l-qafas għall-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-prospett imsemmi fl-Artikolu 20 ikunux għadhom xierqa fid-dawl tal-objettivi tagħhom. Ir-rapport għandu jkun fih dan kollu li ġej:

(a) 

l-għadd ta’ Prospetti tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir imfassla minn persuni f’kull waħda mill-kategoriji msemmijin fl-Artikolu 15a(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (d), u analiżi tal-evoluzzjoni ta’ kull għadd bħal dan u tax-xejriet fl-għażla taċ-ċentri tan-negozjar mill-persuni intitolati li jużaw il-Prospetti tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir;

(b) 

analiżi dwar jekk il-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir jilħaqx il-bilanċ it-tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investituri u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-persuni intitolati li jużawh;

(c) 

l-għadd ta’ Prospetti ta’ Segwitu tal-UE approvati u analiżi tal-evoluzzjoni tat-tali għadd;

(d) 

analiżi dwar jekk il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE jilħaqx il-bilanċ it-tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investituri u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-persuni intitolati li jużawh;

(e) 

il-kost tat-tħejjija u tal-approvazzjoni ta’ Prospett ta’ Segwitu tal-UE u ta’ Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir meta mqabblin mal-kostijiet kurrenti għat-tħejjija u għall-approvazzjoni ta’ prospett standard, flimkien ma’ indikazzjoni tal-iffrankar finanzjarju ġenerali miksub u ta’ liema kostijiet jistgħu jitnaqqsu aktar kemm għall-Prospett ta’ Segwitu tal-UE kif ukoll għall-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir;

(f) 

analiżi dwar jekk id-dokument stabbilit fl-Anness IX jilħaqx il-bilanċ it-tajjeb bejn il-protezzjoni tal-investituri u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-persuni intitolati li jużawh;

(g) 

analiżi ta’ jekk il-proċeduri ta’ skrutinju u approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 20 u mal-atti delegati adottati abbażi ta’ dak l-Artikolu, jiżgurawx livell xieraq ta’ konverġenza superviżorja fl-Unjoni kollha u jibqgħux xierqa fid-dawl tal-objettivi tagħhom; tali analiżi għandha tkun ibbażata fuq rapport ipprovdut mill-ESMA mhux aktar tard minn sena qabel id-data tar-rapport ta’ rieżami mill-Kummissjoni;

(h) 

analiżi ta’ jekk il-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrikjedu żvelar nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 3(2d) twassalx għall-konverġenza tar-rekwiżiti ta’ żvelar nazzjonali taħt il-limitu ta’ eżenzjoni rilevanti stabbilit fl-Artikolu 3(2) jew 3(2a) u jekk dak l-iżvelar nazzjonali jikkostitwixxix ostaklu għall-offerta ta’ titoli lill-pubbliku f’dawk l-Istati Membri.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.