|
+Artikolu 7a 1. |
Artikolu 7a 1.Mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta' penali msemmi fl-Artikolu 7(2) u d-dritt li t-tranżazzjoni tiġi kkanċellata bilateralment, wara konsultazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u abbażi tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji pprovduta mill-ESMA skont l-Artikolu 74(4), il-Kummissjoni tista', permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi għal liema strument finanzjarju msemmi fl-Artikolu 5(1) jew kategoriji ta' tranżazzjonijiet f'dawk l-istrumenti finanzjarji għandu jiġi applikat ilproċess ta' xiri sfurzat obbligatorju msemmi fil-paragrafi 4 sa 10 ta' dan l-Artikolu fejn il-Kummissjoni tqis li x- xiri sfurzat obbligatorju jikkostitwixxi mezz meħtieġ, xieraq u proporzjonat biex jiġi indirizzat il-livell ta' nuqqas ta' saldu fl-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' tadotta l-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu f'każ biss li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' penali msemmi fl-Artikolu 7(2) ma tkunx irriżultat fi tnaqqis fit-tul u sostenibbli tan-nuqqas ta' saldu jew fiż-żamma ta' livell imnaqqas ta' nuqqas ta' saldu fl-Unjoni, anke wara rieżami tal-livell ta' penali fi flus kontanti f'konformità mal-Artikolu 7(5), it-tieni subparagrafu;
(b)
il-livell ta' nuqqas ta' saldu fl-Unjoni għandu jew x'aktarx ikollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni. Għall-finijiet li tintlaħaq id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis dawn kollha li ġejjin:
(a)
l-impatt potenzjali tal-proċess ta' xiri sfurzat obbligatorju fuq is-swieq finanzjarji fl-Unjoni;
(b)
l-għadd, il-volum u t-tul ta' żmien ta' nuqqasijiet ta' saldu, inkluż l-għadd u l-volum ta' nuqqasijiet ta' saldu li jkunu pendenti fi tmiem il-perjodu ta' estensjoni msemmi fil-paragrafu 4;
(c)
jekk strument finanzjarju partikolari jew kategorija ta' tranżazzjonijiet f'dak l-istrument finanzjarju humiex diġà soġġetti għal dispożizzjonijiet kuntrattwali xierqa li jipprevedu dritt għall-parteċipanti li jirċievu li jiskattaw xiri sfurzat. L-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 68(2). Għandu jispeċifika data ta' applikazzjoni li ma tkunx aktar kmieni minn sena wara d-dħul fis-seħħ tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|