|
+Artikolu 7a 11. |
Artikolu 7a 11.Il-paragrafi 4 sa 10 għandhom japplikaw għat-tranżazzjonijiet kollha tal-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) li huma ammessi għan-negozjar jew huma nnegozjati f'ċentru ta' negozjar jew ikklerjati minn CCP kif ġej:
(a)
għal tranżazzjonijiet ikklerjati minn CCP, is-CCP għandu jkun l-entità li teżegwixxi x-xiri sfurzat skont il-paragrafi 4 sa 10;
(b)
għal tranżazzjonijiet mhux ikklerjati minn CCP iżda eżegwiti f'ċentru ta' negozjar, iċ-ċentru ta' negozjar għandu jinkludi fir-regoli interni tiegħu obbligu għall-membri tiegħu u l-parteċipanti tiegħu li japplikaw il-miżuri msemmija fil-paragrafi 4 sa 10;
(c)
għat-tranżazzjonijiet l-oħra kollha għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) ta' dan is-subparagrafu, is-CSDs għandhom jinkludu fir-regoli interni tagħhom obbligu għall-parteċipanti tagħhom sabiex dawn ikunu soġġetti għall-miżuri msemmija fil-paragrafi 4 sa 10. CSD għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għas-saldu lis-CCPs u liċ-ċentri ta' negozjar sabiex dawn jkunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom skont dan il-paragrafu. Mingħajr preġudizzju għall-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, is-CSDs jistgħu jimmonitorjaw l-eżekuzzjoni tax-xirjiet sfurzati msemmija f'dawk il-punti fir-rigward ta' struzzjonijiet ta' saldu multipli, fuq l-istess strumenti finanzjarji u bl-istess data ta' skadenza tal-perjodu ta' eżekuzzjoni, bil-għan li jnaqqsu l-għadd ta' xirjiet sfurzati li għandhom jiġu eżegwiti u b'hekk l-impatt fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji rilevanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|