|
+Artikolu 7a 14. |
Artikolu 7a 14.Fejn il-Kummissjoni tkun adottat att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1, hija għandha tirrieżamina dik id-deċiżjoni fuq bażi regolari u mill-inqas kull erba' snin sabiex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stipulati f'dak il-paragrafu għadhomx issodisfati. Meta l-Kummissjoni tqis li x-xiri sfurzat obbligatorju ma jkunx għadu ġustifikat jew ma jindirizzax in-nuqqas ta' saldu fl-Unjoni u ma jibqax aktar meħtieġ, xieraq jew proporzjonat, hija għandha, mingħajr dewmien, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jemendaw jew iħassru l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 68(2). Fejn l-ESMAtqis li x-xiri sfurzat obbligatorju ma jkunx għadu ġustifikat jew ma jindirizzax in-nuqqas ta' saldu fl-Unjoni u ma jibqax aktar meħtieġ, xieraq jew proporzjonat, hija tista' tirrakkomanda li l-Kummissjoni temenda jew tħassar l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Il-paragrafu 13, l-ewwel subparagrafu sar-raba' subparagrafu, għandhom japplikaw mutatis mutandis. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|