|
+Artikolu 17 4. |
Artikolu 17 4.Mill-mument meta l-applikazzjoni titqies kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat l-informazzjoni kollha inkluża fl-applikazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti u għandha tikkonsulta lil dawk l-awtoritajiet rigward il-karatteristiċi tas-sistema ta' saldu tat-titoli operata mis-CSD li japplika. Kull awtorità rilevanti tista' toħroġ opinjoni motivata fl-oqsma ta' kompetenza tagħha lill-awtorità kompetenti fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni mill-awtorità rilevanti. Meta awtorità rilevanti ma tagħtix opinjoni sa dik l-iskadenza, hija għandha titqies li għandha opinjoni pożittiva. Meta mill-inqas waħda mill-awtoritajiet rilevanti toħroġ opinjoni motivata negattiva, u l-awtorità kompetenti xorta waħda tkun biħsiebha tagħti l-awtorizzazzjoni, dik l-awtorità kompetenti, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-opinjoni negattiva, għandha tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti bir-raġunijiet għaliex biħsiebha tagħti l-awtorizzazzjoni minkejja l-opinjoni negattiva. Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet rilevanti li tkun ħarġet opinjoni negattiva msemmija fit-tielet subparagrafu tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA għall-assistenza skont l-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Meta l-kwistjoni ma tiġix solvuta fi żmien xahar mir-riferiment lill-ESMA, l-awtorità kompetenti li tkun biħsiebha tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tieħu deċiżjoni finali u tipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti bi spjegazzjoni dettaljata tad-deċiżjoni tagħha bil-miktub. Meta l-awtorità kompetenti tkun biħsiebha tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA. Opinjoni negattiva msemmija fit-tielet subparagrafu għandha tiddikjara bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jew rekwiżiti oħra tad-dritt tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|