+Artikolu 19 Estensjoni u esternalizzazzjoni tal-attivitajiet u s-servizzi
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.
|
Artikolu 19 Estensjoni u esternalizzazzjoni tal-attivitajiet u s-servizzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
CSD awtorizzat għandu jippreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tiegħufejn ikun jixtieq jesternalizza servizz ewlieni lil parti terza skont l-Artikolu 30 jew jestendi l-attivitajiet tiegħu lil wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)
servizzi ewlenin addizzjonali elenkati fit-Taqsima A tal-Anness, li mhumiex koperti mill-awtorizzazzjoni inizjali;
(b)
servizzi anċillari permissibbli, iżda mhux elenkati b’mod espliċitu fit-Taqsima B tal-Anness, li mhumiex koperti mill-awtorizzazzjoni inizjali;
(c)
l-operazzjoni ta’ sistema oħra ta’ saldu tat-titoli;
(d)
is-saldu tal-parti ta’ flus kontanti kollha, jew parti minnha, tas-sistema ta’ saldu tat-titoli tiegħu fil-kotba ta’ aġent ta’ saldu ieħor;
(e)
l-istabbiliment ta’ konnessjoni interoperabbli, inkluż dawk mas-CSDs ta’ pajiiżi terzi.
|
|
Artikolu 19 2.
|
L-għoti ta' awtorizzazzjoni biex jiġi esternalizzat servizz ewlieni lil parti terza skont il-paragrafu 1 jew biex jiġu estiżi l-attivitajiet skont il-paragrafu 1, il-punti (a), (c) u (d), għandu jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17. L-għoti ta' awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(1), (2), (3), (5) u (8a). L-għoti ta' awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (e), għandu jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(1), (2) u (3). L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lis-CSD li japplika dwar jekk l-awtorizzazzjoni ngħatatx jew ġietx miċħuda fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni ta' applikazzjoni kompluta.
|
|
Artikolu 19 3.
|
CSDs stabbiliti fl-Unjoni li biħsiebhom jistabbilixxu konnessjoni interoperabbli għandhom jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom kif meħtieġ skont il-punt (e) tal-paragrafu 1. Dawk l-awtoritajiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar l-approvazzjoni tal-konnessjoni tas-CSD. F’każ ta’ deċiżjonijiet diverġenti u jekk jaqblu ż-żewġ awtoritajiet kompetenti, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 19 4.
|
L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jirrifjutaw li jawtorizzaw konnessjoni biss fejn tali konnessjoni ta’ CSD tkun thedded il-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq finanzjarji jew tikkawża riskju sistemiku
|
|
Artikolu 19 5.
|
Konnessjonijiet interoperabbli ta’ CSDs li jesternalizzaw uħud mis-servizzi tagħhom, relatati ma’ dawn il-konnessjonijiet interoperabbli, lil entità pubblika skont l-Artikolu 30(5) u konnessjonijiet ta’ CSDs li mhumiex imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni skont dak il-punt, iżda għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti u rilevanti tas-CSDs qabel l-implimentazzjoni tagħhom billi tiġi provduta l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lit-tali awtoritajiet jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 48.
|
|
Artikolu 19 6.
|
CSD stabbilit u awtorizzat mill-Unjoni jista’ jżomm jew jistabbilixxi konnessjoni ma’ CSDs ta’ pajjiż terz f’konformità mal-kondizzjonijiet u l-proċeduri previsti f’dan l-Artikolu. Fejn ikunu stabbiliti konnessjonijiet ma’ CSDs ta’ pajjiż terz, l-informazzjoni provduta mis-CSD li jagħmel it-talba għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti li tevalwa jekk tali konnessjonijiet jissodisfawx ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 48 jew ir-rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk previsti fl-Artikolu 48.
|
|
Artikolu 19 7.
|
L-awtorità kompetenti tas-CSD li jagħmel it-talba għandha tesiġi li dak is-CSD itemm konnessjoni ta’ CSD li tkun ġiet innotifikata jekk tali konnessjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 48 u b’hekk tkun ta’ theddida għall-funzjonament bla xkiel u ordnat tas-swieq finanzjarji jew tikkawża riskju sistemiku. Fejn awtorità kompetenti tesiġi li s-CSD itemm konnessjoni ta’ CSD, hija għandha ssegwi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 20(2) u (3).
|
|
Artikolu 19 8.
|
Is-servizzi anċillari addizzjonali elenkati b’mod espliċitu fit-Taqsima B tal-Anness ma għandhomx ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni, iżda għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti qabel ma jiġu pprovduti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|