|
+Artikolu 22a 2. |
Artikolu 22a 2.Il-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tas-CSD ikkonċerna u jinkludu mill-inqas dan li ġej:
(a)
sommarju sostantiv tal-istrateġiji ewlenin ta' rkupru jew ta' stralċ ordnat;
(b)
identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u tas-servizzi kritiċi tas-CSD;
(c)
proċeduri adegwati li jiżguraw il-ġbir ta' kapital addizzjonali f’każijiet fejn il-kapital ta' ekwità ta' CSD joqrob jew jaqa' taħt ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 47(1);
(d)
proċeduri adegwati li jippermettu l-istralċ jew ir-ristrutturazzjoni ordnati tal-operazzjonijiet u s-servizzi tas-CSD fejn is-CSD ma jkunx jista' jiġbor kapital ġdid;
(e)
proċeduri adegwati li jiżguraw is-saldu u t-trasferiment f'waqthom u b'mod ordnat tal-assi tal-klijenti u tal-parteċipanti għal CSD ieħor f'każ li jsir dejjem impossibbli għas-CSD li jirkupra l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tiegħu;
(f)
deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji ewlenin. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|