+Artikolu 22a Pjanijiet għall-irkupru u stralċ ordnat
---+Artikolu 22a 1.
---+Artikolu 22a 2.
---+Artikolu 22a 3.
---+Artikolu 22a 4.
---+Artikolu 22a 5.
---+Artikolu 22a 6.
---+Artikolu 22a 7.
|
Artikolu 22a Pjanijiet għall-irkupru u stralċ ordnat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22a 1.
|
Is-CSD għandu jidentifika xenarji li potenzjalment jistgħu jżommuh milli jkun jista' jipprovdi l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tiegħu bħala negozju attiv u jivvaluta l-effettività ta' firxa sħiħa ta' għażliet għall-irkupru jew għal stralċ ordnat. Dawk ix-xenarji għandhom iqisu d-diversi riskji indipendenti u relatati li għalihom ikun espost is-CSD. Bl-użu ta' dik l-analiżi, is-CSD għandu jħejji pjanijiet xierqa għall-irkupru jew għall-istralċ ordnat tiegħu u jippreżentahom lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 22a 2.
|
Il-pjanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tas-CSD ikkonċerna u jinkludu mill-inqas dan li ġej:
(a)
sommarju sostantiv tal-istrateġiji ewlenin ta' rkupru jew ta' stralċ ordnat;
(b)
identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u tas-servizzi kritiċi tas-CSD;
(c)
proċeduri adegwati li jiżguraw il-ġbir ta' kapital addizzjonali f’każijiet fejn il-kapital ta' ekwità ta' CSD joqrob jew jaqa' taħt ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 47(1);
(d)
proċeduri adegwati li jippermettu l-istralċ jew ir-ristrutturazzjoni ordnati tal-operazzjonijiet u s-servizzi tas-CSD fejn is-CSD ma jkunx jista' jiġbor kapital ġdid;
(e)
proċeduri adegwati li jiżguraw is-saldu u t-trasferiment f'waqthom u b'mod ordnat tal-assi tal-klijenti u tal-parteċipanti għal CSD ieħor f'każ li jsir dejjem impossibbli għas-CSD li jirkupra l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tiegħu;
(f)
deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji ewlenin.
|
|
Artikolu 22a 3.
|
Is-CSD għandu jkollu l-kapaċità li jidentifika u jipprovdi lill-entitajiet relatati l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet fil-ħin matul ix-xenarji ta' stress.
|
|
Artikolu 22a 4.
|
Il-pjanijiet għandhom jiġu approvati mill-korp maniġerjali jew minn kumitat xieraq tal-korp maniġerjali.
|
|
Artikolu 22a 5.
|
Is-CSD, regolarment u tal-anqas kull sentejn, għandu jirrieżamina u jaġġorna l-pjanijiet Kull aġġornament tal-pjanijiet għandu jiġi pprovdut lill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 22a 6.
|
Fejn l-awtorità kompetenti tqis li l-pjanijiet tas-CSD huma insuffiċjenti, l-awtorità kompetenti tista' titlob lis-CSD jieħu miżuri addizzjonali jew jiżviluppa miżuri alternattivi.
|
|
Artikolu 22a 7.
|
Fejn CSD ikun soġġett għad-Direttiva 2014/59/UE u jkun tfassal pjan ta' rkupru skont dik id-Direttiva, is-CSD għandu jipprovdi dak il-pjan ta' rkupru lill-awtorità kompetenti. Fejn pjan ta' riżoluzzjoni skont id-Direttiva 2014/59/UE, jew pjan simili skont il-liġi nazzjonali bl-għan li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi ewlenin ta’ CSD, ikun stabbilit u miżmum għal CSD, l-awtorità ta' riżoluzzjoni jew, fejn ma teżisti l-ebda awtorità bħal din, l-awtorità kompetenti, għandha tinforma lill-ESMA bl-eżistenza ta’ tali pjan. Fejn il-pjan ta' rkupru u l-pjan ta' riżoluzzjoni mfassla skont id-Direttiva 2014/59/UE, jew kwalunkwe pjan simili skont il-liġi nazzjonali, ikun fihom l-elementi kollha elenkati fil-paragrafu 2, is-CSD ma għandux ikun meħtieġ iħejji l-pjanijiet skont il-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|