+Artikolu 33 Rekwiżiti għall-parteċipazzjoni
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
|
Artikolu 33 Rekwiżiti għall-parteċipazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Għal kull sistema ta’ saldu tat-titoli li jopera, CSD għandu jkollu kriterji ta’ parteċipazzjoni divulgati pubblikament li jippermettu aċċess ġust u miftuħ għall-persuni ġuridiċi kollha li għandhom il-ħsieb li jsiru parteċipanti. Dawn il-kriterji għandhom ikunu trasparenti, oġġettivi, u mhux diskriminatorji sabiex jiġi żgurat aċċess ġust u miftuħ għas-CSD bl-attenzjoni dovuta għar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u r-regolarità tas-swieq. Kriterji li jillimitaw l-aċċess għandhom jitħallew biss dment li l-għan tagħhom ikun il-kontroll ġustifikabbli ta’ riskju speċifikat għas-CSD.
|
|
Artikolu 33 2.
|
CSD għandu jittratta t-talbiet għal aċċess minnufih billi jipprovdi risposta għal dawn it-talbiet fi żmien xahar l-aktar tard u għandu jqiegħed l-proċeduri dwar it-trattament tat-talbiet għall-aċċess għad-dispożizzjoni pubblika.
|
|
Artikolu 33 3.
|
CSD għandu jiċħad aċċess lil parteċipant li jilħaq il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 biss fejn dan ikun ġustifikat sew bil-miktub u fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komprensiva tar-riskji. F’każ ta’ rifjut, il-parteċipant li jitlob aċċess ikollu d-dritt jilmenta mal-awtorità kompetenti tas-CSD li ċaħad l-aċċess. Dik l-awtorità kompetenti responsabbli għandha teżamina l-ilment bir-reqqa billi tivvaluta r-raġunijiet għar-rifjut u għandha tipprovdi lill-parteċipant li jitlob l-aċċess bi tweġiba rraġunata. Dik l-awtorità kompetenti responsabbli għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tal-parteċipant li jitlob l-aċċess dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn l-awtorità tas-CSD li jagħmel it-talba ma taqbilx mal-valutazzjoni pprovduta, kull waħda miż-żewġ awtoritajiet tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Fejn ir-rifjut mis-CSD sabiex jagħti aċċess lil parteċipant li jkun qed jitolbu jitqies li ma jkunx ġustifikat, l-awtorità kompetenti tas-CSD li tkun irrifjutat l-aċċess għandha toħroġ ordni li teħtieġ li s-CSD jagħti aċċess lill-parteċipant li jkun qed jitlob dan.
|
|
Artikolu 33 4.
|
CSD għandu jkollu proċeduri oġġettivi u trasparenti għas-sospensjoni u l-ħruġ ordnat tal-parteċipanti li ma jibqgħux jilħqu l-kriterji ta’ parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 33 5.
|
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-riskji li għandhom jitqiesu mis-CSDs meta jwettqu valutazzjoni komprensiva tar-riskji, u mill-awtoritajiet kompetenti meta jivvalutaw ir-raġunijiet għar-rifjut skont il-paragrafu 3 u l-elementi tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 3. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 33 6.
|
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi formoli u mudelli standard għall-proċedura msemmija fil-paragrafu 3. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015. Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|