|
+Artikolu 33 3. |
Artikolu 33 3.CSD għandu jiċħad aċċess lil parteċipant li jilħaq il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 biss fejn dan ikun ġustifikat sew bil-miktub u fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komprensiva tar-riskji. F’każ ta’ rifjut, il-parteċipant li jitlob aċċess ikollu d-dritt jilmenta mal-awtorità kompetenti tas-CSD li ċaħad l-aċċess. Dik l-awtorità kompetenti responsabbli għandha teżamina l-ilment bir-reqqa billi tivvaluta r-raġunijiet għar-rifjut u għandha tipprovdi lill-parteċipant li jitlob l-aċċess bi tweġiba rraġunata. Dik l-awtorità kompetenti responsabbli għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-post tal-istabbiliment tal-parteċipant li jitlob l-aċċess dwar il-valutazzjoni tagħha tal-ilment. Fejn l-awtorità tas-CSD li jagħmel it-talba ma taqbilx mal-valutazzjoni pprovduta, kull waħda miż-żewġ awtoritajiet tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA, li tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Fejn ir-rifjut mis-CSD sabiex jagħti aċċess lil parteċipant li jkun qed jitolbu jitqies li ma jkunx ġustifikat, l-awtorità kompetenti tas-CSD li tkun irrifjutat l-aċċess għandha toħroġ ordni li teħtieġ li s-CSD jagħti aċċess lill-parteċipant li jkun qed jitlob dan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|