+Artikolu 48 Konnessjonijiet tas-CSDs
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.
---+Artikolu 48 8.
---+Artikolu 48 9.
---+Artikolu 48 10.
|
Artikolu 48 Konnessjonijiet tas-CSDs
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1.
|
Qabel ma jistabbilixxu konnessjoni ta’ CSD u fuq bażi kontinwa ladarba tkun stabbilita l-konnessjoni ta’ CSD, is-CSDs kollha kkonċernati għandhom jidentifikaw, jivvalutaw, iwettqu monitoraġġ u jimmaniġġjaw is-sorsi potenzjali kollha ta’ riskju għalihom stess u għall-parteċipanti tagħhom li jinħolqu mill-konnessjoni ta’ CSD u jieħdu l-miżuri adatti biex jimmitigawhom.
|
|
Artikolu 48 2.
|
CSDs li jkunu beħsiebhom jistabbilixxu konnessjonijiet għandhom iressqu applikazzjoni għal awtorizzazzjoni lill-awtorità kompetenti tas-CSD li jagħmel it-talba kif mitlub skont il-punt (e) tal-Artikolu 19(1) jew jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti u rilevanti tas-CSD li jagħmel it-talba kif mitlub skont l-Artikolu 19(5).
|
|
Artikolu 48 3.
|
Konnessjoni għandha tipprovdi protezzjoni adegwata lis-CSDs konnessi u lill-parteċipanti tagħhom, partikolarment fir-rigward ta’ krediti possibbli meħuda mis-CSDs u tar-riskji ta’ konċentrazzjoni u likwidità b’riżultat tal-arranġament ta’ konnessjoni. Konnessjoni għandha tkun sostnuta b’arranġament kuntrattwali xieraq li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tas-CSDs konnessi u, fejn ikun meħtieġ, tal-parteċipanti tas-CSDs. Arranġament kuntrattwali b’implikazzjonijiet transġurisdizzjonali għandu jipprevedi għażla bla ambigwità tal-liġi li tirregola kull aspett tal-operazzjonijiet tal-konnessjoni.
|
|
Artikolu 48 4.
|
Fil-każ ta’ trasferiment proviżorju ta’ titoli bejn CSDs konnessi, għandu jkun projbit trasferiment mill-ġdid tat-titoli qabel ma l-ewwel trasferiment isir finali.
|
|
Artikolu 48 5.
|
CSD li juża konnessjoni indiretta jew intermedjarja sabiex iħaddem konnessjoni ta’ CSD ma’ CSD ieħor għandu jkejjel, iwettaq monitoraġġ u jimmaniġġja r-riskji addizzjonali li jinħolqu mill-użu ta’ dik il-konnessjoni indiretta jew l-intermedjarja u jieħu l-miżuri adatti biex jimmitigahom.
|
|
Artikolu 48 6.
|
CSDs konnessi għandu jkollhom proċeduri ta’ rikonċiljazzjoni robusti sabiex jiżguraw li r-reġistri rispettivi tagħhom ikunu preċiżi.
|
|
Artikolu 48 7.
|
Il-konnessjonijiet bejn CSDs għandhom jippermettu s-saldu DVP ta’ tranżazzjonijiet bejn parteċipanti f’CSDs konnessi, fejn dan ikun prattikabbli u fattibbli. Ir-raġunijiet dettaljati għal kwalunkwe konnessjoni CSD li ma tippermettix saldu DVP għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet rilevanti u kompetenti.
|
|
Artikolu 48 8.
|
Sistemi ta’ saldu tat-titoli interoperabbli u CSDs, li jużaw infrastruttura tas-saldu komuni għandhom jistabbilixxu mumenti identiċi ta’:
(a)
l-entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment fis-sistema;
(b)
l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet tat-trasferiment.
Is-sistemi ta’ saldu tat-titoli u s-CSDs imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jużaw regoli ekwivalenti rigward il-mument tal-finalità tat-trasferimenti tat-titoli u l-flus kontanti.
|
|
Artikolu 48 9.
|
Sat-18 ta’ Settembru 2019 il-konnessjonijiet kollha interoperabbli bejn CSDs li joperaw fi Stati Membri għandhom ikunu, fejn dan japplika, konnessjonijiet li jsostnu s-saldu DVP.
|
|
Artikolu 48 10.
|
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 li skont huma kull tip ta’ arranġament ta’ konnessjoni jipprevedi protezzjoni adegwata tas-CSDs konnessi u tal-parteċipanti tagħhom, partikolarment fejn CSD jkollu ħsieb jipparteċipa fis-sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma minn CSD oħra, il-monitoraġġ u l-immaniġġjar tar-riskji addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5 li ġejjin mill-użu tal-intermedjarji, il-metodi ta’ rikonċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, il-każijiet fejn is-saldu DVP permezz tal-konnessjonijiet ta’ CSDs ikun prattiku u fattibbli kif previst fil-paragrafu 7 u l-metodi ta’ valutazzjoni tagħhom. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015. Hija delegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|