|
+Artikolu 55 5. |
Artikolu 55 5.L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (e), għandhom joħorġu opinjoni motivata dwar l-awtorizzazzjoni fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu. Meta awtorità ma tagħtix opinjoni sa dik l-iskadenza, hija għandha titqies li ħarġet opinjoni pożittiva. Meta awtorità msemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (e), toħroġ opinjoni motivata negattiva, l-awtorità kompetenti li biħsiebha tagħti l-awtorizzazzjoni għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi dik l-opinjoni negattiva, tipprovdi lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (e), bir-raġunijiet li jindirizzaw l-opinjoni negattiva. Meta wara xahar minn meta jkunu ġew ippreżentati dawk ir-raġunijiet, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (e), toħroġ opinjoni negattiva u l-awtorità kompetenti madanakollu tkun biħsiebha tagħti l-awtorizzazzjoni, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ħarġet opinjoni negattiva tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA għall-assistenza skont l-Artikolu 31(2), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Meta l-kwistjoni ma tkunx ġiet solvuta 30 jum wara li ġiet riferuta lill-ESMA, l-awtorità kompetenti li tkun tixtieq tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali u tipprovdi spjegazzjoni dettaljata bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha lill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 4. Meta l-awtorità kompetenti tkun tixtieq tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA. Opinjonijiet negattivi għandhom jiddikjaraw bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għalfejn ir-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament jew f’partijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni ma ġewx issodisfati. L-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punti (a) sa (e), bir-riżultati tal-proċess ta' awtorizzazzjoni, inkluż kwalunkwe azzjoni ta' rimedju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|