+Artikolu 67 Eżerċizzju tad-delega
---+Artikolu 67 1.
---+Artikolu 67 2.
---+Artikolu 67 2a.
---+Artikolu 67 3.
---+Artikolu 67 4.
---+Artikolu 67 5.
|
Artikolu 67 Eżerċizzju tad-delega
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 67 1.
|
Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet mogħtija f’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 67 2.
|
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mis-17 ta' Settembru 2014.
|
|
Artikolu 67 2a.
|
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(5) u (9) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mis-16 ta’ Jannar 2024.
|
|
Artikolu 67 3.
|
Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 7(5) u (9) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
|
|
Artikolu 67 4.
|
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 67 5.
|
Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(2) u l-Artikolu 7(5) u (9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|