|
+Artikolu 74 4. |
Artikolu 74 4.Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-ESMA għandha tipprovdi analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-introduzzjoni tal-proċess ta' xiri sfurzat obbligatorju. Analiżi bħal din tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandha tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
(a)
it-tul ta' żmien medju tan-nuqqas ta' saldu fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji jew il-kategoriji ta' tranżazzjonijiet f'dawk l-istrumenti finanzjarji li għalihom jista' japplika x-xiri sfurzat obbligatorju;
(b)
l-impatt tal-introduzzjoni tal-proċess ta' xiri sfurzat obbligatorju fis-suq tal-Unjoni, inkluż valutazzjoni tal-kawżi sottostanti tan-nuqqas ta' saldu li għalihom jista' japplika x-xiri sfurzat obbligatorju u analiżi tal-implikazzjonijiet biex l-istrumenti finanzjarji speċifiċi u l-kategoriji ta' tranżazzjonijiet ikunu soġġetti għax-xiri sfurzat obbligatorju;
(c)
l-applikazzjoni ta' proċess simili ta' xiri sfurzat fi swieq komparabbli ta' pajjiżi terzi u l-impatt fuq il-kompetittività tas-suq tal-Unjoni;
(d)
kwalunkwe impatt ċar fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni li jirriżulta minn nuqqas ta' saldu;
(e)
kwalunkwe impatt ċar fuq il-frammentazzjoni tas-swieq kapitali tal-Unjoni li jirriżulta minn rati diverġenti tal-effiċjenza tas-saldu, inkluż ir-raġunijiet għal tali diverġenza u miżuri xierqa biex tiġi limitata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|