+Artikolu 13 Rekwiżiti kwalitattivi li jindirizzaw ir-riskji tar-responsabbiltà professjonali
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.
---+Artikolu 13 7.

Artikolu 13 Rekwiżiti kwalitattivi li jindirizzaw ir-riskji tar-responsabbiltà professjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
AIFM għandu jimplimenta politiki u proċeduri interni tal-immaniġġjar tar-riskji operazzjonali effettivi biex jidentifika, ikejjel, jimmaniġġja u jimmonitorja kif xieraq ir-riskji operazzjonali inklużi r-riskji tar-responsabbiltà professjonali tar-riskji li l-AIFM ikun jew jista’ jkun b’mod raġonevoli espost għalihom. L-attivitajiet tal-immaniġġjar tar-riskji operazzjonali għandhom jitwettqu indipendentement bħala parti mill-politika tal-immaniġġjar tar-riskji.
Artikolu 13 2.
AIFM għandu jistabbilixxi bażi tad-dejta tat-telf storiku, fejn kwalunkwe nuqqas operazzjonali, telf u dannu esperjenzat għandu jiġi rreġistrat. Din il-bażi tad-dejta għandha tirreġistra, mingħajr ma tkun limitata għal, kwalunkwe riskju ta’ responsabbiltà professjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12(2) li jkun immaterjalizza.
Artikolu 13 3.
Fi ħdan il-qafas tal-immaniġġjar tar-riskji l-AIFM għandu juża d-dejta interna tiegħu tat-telf storiku u fejn xieraq dejta esterna, analiżi ta’ xenarji u fatturi li jirriflettu l-ambjent tan-negozju u s-sistemi tal-kontroll intern.
Artikolu 13 4.
Skoperturi għal riskji operazzjonali u esperjenza ta’ telf għandhom jiġu monitorjati fuq bażi kontinwa u għandhom jiġu soġġetti għal rappurtar intern regolari.
Artikolu 13 5.
Il-politiki u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskji operazzjonali ta’ AIFM għandhom ikunu dokumentati sew. AIFM għandu jkollu arranġamenti biex jiżgura l-konformità mal-politiki tal-immaniġġjar tar-riskji operazzjonali tiegħu u miżuri effettivi biex jindirizza n-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-politiki. AIFM għandu jkollu proċeduri fis-seħħ biex jieħu azzjoni korrettiva xierqa.
Artikolu 13 6.
Il-politiki u l-proċeduri tal-immaniġġjar tar-riskji operazzjonali u s-sistemi tal-kejl għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni regolari, mill-inqas fuq bażi annwali.
Artikolu 13 7.
AIFM għandu jżomm riżorsi finanzjarji adegwati skont il-profil tar-riskju vvalutat tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.