+Artikolu 24 Taħjir
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.

Artikolu 24 Taħjir

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 24 1.

L-AIFMs ma għandhomx jitqiesu li qed jaġixxu b’mod onest, ġust u skont l-aħjar interessi tal-AIFs li jimmaniġġjaw jew tal-investituri f’dawn l-AIFs jekk, b’rabta mal-attivitajiet imwettqa biex isiru l-funzjonijiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2011/61/UE, iħallsu jew jitħallsu kwalunkwe tariffa jew kummissjoni, jew jipprovdu jew jiġu pprovduti bi kwalunkwe benefiċċju mhux monetarju, minbarra dawn li ġejjin:

(a) 

tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju mħallas jew mogħti lil jew mill-AIF jew xi persuna f’isem il-AIF;

(b) 

tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju mħallas jew mogħti lil jew minn parti terza jew xi persuna li taġixxi f’isem parti terza, fejn l-AIFM ikun jista’ juri li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(i) 

l-eżistenza, in-natura u l-ammont tat-tariffa, il-kummissjoni jew benefiċċju, jew, fejn l-ammont ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, il-metodu tal-kalkolu ta’ dak l-ammont, għandu jiġi ddivulgat b’mod ċar lill-investituri fl-AIF b’mod komprensiv, preċiż u li jinftiehem, qabel ma jingħata s-servizz rilevanti;

(ii) 

il-ħlas ta’ tariffa jew kummissjoni, jew l-għoti tal-benefiċċju mhux monetarju għandu jkun mfassal biex itejjeb il-kwalità tas-servizz rilevanti u ma jdgħajjifx il-konformità mad-dmir tal-AIFM li jaġixxi fl-aħjar interessi tal-AIF li jimmaniġġja jew tal-investituri fl-AIF.

(c) 

tariffi adegwati li jippermettu jew li huma meħtieġa biex jingħata s-servizz rilevanti, fosthom il-kostijiet tal-kustodja, is-saldu u t-tariffi tal-kambju, l-imposti regolatorji jew it-tariffi legali, u li, minnhom infushom, ma jistgħux jagħtu lok għal konflitti mad-dmirijiet tal-AIFM li jaġixxi b’mod onest, ġust u fl-aħjar interess tal-AIF li jimmaniġġja jew tal-investituri fl-AIF.

Artikolu 24 2.
Id-divulgazzjoni tat-termini essenzjali tal-arranġamenti li jirrelataw mat-tariffa, il-kummissjoni jew il-benefiċċju mhux monetarju f’forma sommarja għandhom jitqiesu sodisfaċenti għall-finijiet tal-punt (i) tal-paragrafu 1(b), sakemm l-AIFM jimpenja ruħu li jiddivulga aktar dettalji fuq it-talba tal-investitur fl-AIF li jimmaniġġja u sakemm jissodisfa dan l-impenn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.