|
+Artikolu 24 1. |
Artikolu 24 1.L-AIFMs ma għandhomx jitqiesu li qed jaġixxu b’mod onest, ġust u skont l-aħjar interessi tal-AIFs li jimmaniġġjaw jew tal-investituri f’dawn l-AIFs jekk, b’rabta mal-attivitajiet imwettqa biex isiru l-funzjonijiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2011/61/UE, iħallsu jew jitħallsu kwalunkwe tariffa jew kummissjoni, jew jipprovdu jew jiġu pprovduti bi kwalunkwe benefiċċju mhux monetarju, minbarra dawn li ġejjin:
(a)
tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju mħallas jew mogħti lil jew mill-AIF jew xi persuna f’isem il-AIF;
(b)
tariffa, kummissjoni jew benefiċċju mhux monetarju mħallas jew mogħti lil jew minn parti terza jew xi persuna li taġixxi f’isem parti terza, fejn l-AIFM ikun jista’ juri li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:
(i)
l-eżistenza, in-natura u l-ammont tat-tariffa, il-kummissjoni jew benefiċċju, jew, fejn l-ammont ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, il-metodu tal-kalkolu ta’ dak l-ammont, għandu jiġi ddivulgat b’mod ċar lill-investituri fl-AIF b’mod komprensiv, preċiż u li jinftiehem, qabel ma jingħata s-servizz rilevanti;
(ii)
il-ħlas ta’ tariffa jew kummissjoni, jew l-għoti tal-benefiċċju mhux monetarju għandu jkun mfassal biex itejjeb il-kwalità tas-servizz rilevanti u ma jdgħajjifx il-konformità mad-dmir tal-AIFM li jaġixxi fl-aħjar interessi tal-AIF li jimmaniġġja jew tal-investituri fl-AIF.
(c)
tariffi adegwati li jippermettu jew li huma meħtieġa biex jingħata s-servizz rilevanti, fosthom il-kostijiet tal-kustodja, is-saldu u t-tariffi tal-kambju, l-imposti regolatorji jew it-tariffi legali, u li, minnhom infushom, ma jistgħux jagħtu lok għal konflitti mad-dmirijiet tal-AIFM li jaġixxi b’mod onest, ġust u fl-aħjar interess tal-AIF li jimmaniġġja jew tal-investituri fl-AIF. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|