+Artikolu 33 Proċeduri u miżuri għall-prevenzjoni jew l-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
|
Artikolu 33 Proċeduri u miżuri għall-prevenzjoni jew l-immaniġġjar tal-kunflitti ta’ interess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1.
|
Il-proċeduri u l-miżuri stabbiliti għall-prevenzjoni jew għall-immaniġjar tal-konflitti ta’ interess għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-persuni relevanti involuti fl-attivitajiet ta’ negozju differenti li jinvolvu riskju ta’ kunflitt ta’ interess, iwettqu dawn l-attivitajiet bi grad ta’ indipendenza li huwa xieraq għad-daqs u l-attivitajiet tal-AIFM u tal-grupp li jagħmel parti minnu, u għall-materjalità tar-riskju ta’ ħsara għall-interessi tal-AIF jew l-investituri tiegħu.
|
|
Artikolu 33 2.
|
Fejn meħtieġ u xieraq li l-AIFM jiżgura l-grad rekwiżit ta’ indipendenza, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(2) għandhom jinkludu dan li ġej:
(a)
proċeduri effettivi biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn persuni rilevanti involuti f’attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portofoll kollettiv jew attivitajiet oħra skont l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 2011/61/UE li jinvolvu riskju ta’ konflitt ta’ interess fejn l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jippreġudika l-interessi ta’ AIF wieħed jew aktar jew tal-investituri tagħhom;
(b)
is-superviżjoni separata ta’ persuni rilevanti li l-funzjonijiet prinċipali tagħhom jinvolvu t-twettiq ta’ attivitajiet tal-immaniġġjar ta’ portafoll kollettiv f’isem, jew li jagħtu servizz lil, klijenti jew investituri li l-interessi tagħhom jistgħu jkun konfliġenti, jew li altrimenti jkunu jirrappreżentaw interessi differenti li jistgħu jkunu konfliġenti, inklużi dawk tal-AIFM;
(c)
it-tneħħija ta’ kull rabta diretta bejn ir-rimunerazzjoni ta’ persuni rilevanti involuti prinċipalment f’attività u r-rimunerazzjoni ta’, jew id-dħul iġġenerat minn, persuni rilevanti differenti involuti prinċipalment f’attività oħra, fejn jista’ jinħoloq konflitt ta’ interess marbut ma’ dawk l-attivitajiet;
(d)
miżuri biex kwalunkwe persuna tiġi impedita jew limitata milli teżerċita influwenza mhux xierqa fuq il-mod ta’ kif persuna rilevanti twettaq l-attivitajiet tal-immaniġġjar ta’ portafoll kollettiv;
(e)
miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-involviment simultanju jew sekwenzjali ta’ persuna rilevanti f’attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portfoll kollettiv separat jew attivitajiet oħra skont l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 2011/61/UE fejn tali involviment jista’ jfixkel l-immaniġġjar xieraq tal-konflitti ta’ interess.
Meta l-adozzjoni jew l-applikazzjoni ta’ waħda jew aktar minn dawk il-miżuri u proċeduri ma tiżgurax il-grad mitlub ta’ indipendenza, l-AIFM għandu jadotta dawk il-miżuri jew il-proċeduri alternattivi jew addizzjonali kif ikun meħtieġ u xieraq għal dawk il-finijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|