|
+Artikolu 33 2. |
Artikolu 33 2.Fejn meħtieġ u xieraq li l-AIFM jiżgura l-grad rekwiżit ta’ indipendenza, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(2) għandhom jinkludu dan li ġej:
(a)
proċeduri effettivi biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn persuni rilevanti involuti f’attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portofoll kollettiv jew attivitajiet oħra skont l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 2011/61/UE li jinvolvu riskju ta’ konflitt ta’ interess fejn l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jippreġudika l-interessi ta’ AIF wieħed jew aktar jew tal-investituri tagħhom;
(b)
is-superviżjoni separata ta’ persuni rilevanti li l-funzjonijiet prinċipali tagħhom jinvolvu t-twettiq ta’ attivitajiet tal-immaniġġjar ta’ portafoll kollettiv f’isem, jew li jagħtu servizz lil, klijenti jew investituri li l-interessi tagħhom jistgħu jkun konfliġenti, jew li altrimenti jkunu jirrappreżentaw interessi differenti li jistgħu jkunu konfliġenti, inklużi dawk tal-AIFM;
(c)
it-tneħħija ta’ kull rabta diretta bejn ir-rimunerazzjoni ta’ persuni rilevanti involuti prinċipalment f’attività u r-rimunerazzjoni ta’, jew id-dħul iġġenerat minn, persuni rilevanti differenti involuti prinċipalment f’attività oħra, fejn jista’ jinħoloq konflitt ta’ interess marbut ma’ dawk l-attivitajiet;
(d)
miżuri biex kwalunkwe persuna tiġi impedita jew limitata milli teżerċita influwenza mhux xierqa fuq il-mod ta’ kif persuna rilevanti twettaq l-attivitajiet tal-immaniġġjar ta’ portafoll kollettiv;
(e)
miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw l-involviment simultanju jew sekwenzjali ta’ persuna rilevanti f’attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ portfoll kollettiv separat jew attivitajiet oħra skont l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 2011/61/UE fejn tali involviment jista’ jfixkel l-immaniġġjar xieraq tal-konflitti ta’ interess. Meta l-adozzjoni jew l-applikazzjoni ta’ waħda jew aktar minn dawk il-miżuri u proċeduri ma tiżgurax il-grad mitlub ta’ indipendenza, l-AIFM għandu jadotta dawk il-miżuri jew il-proċeduri alternattivi jew addizzjonali kif ikun meħtieġ u xieraq għal dawk il-finijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|