+Artikolu 43 Salvagwadrji kontra l-konflitti ta’ interess
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
|
Artikolu 43 Salvagwadrji kontra l-konflitti ta’ interess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Is-salvagwardji kontra l-konflitti ta’ interess msemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jiżguraw, għall-inqas, li:
(a)
id-deċiżjonijiet meħuda mill-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji jkunu bbażati fuq dejta affidabbli, li huma soġġetti għal livell xieraq ta’ kontroll mill-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji;
(b)
ir-rimunerazzjoni ta’ dawk involuti fit-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji tirrifletti l-kisba tal-għanijiet marbuta mal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jkunu involuti fihom;
(c)
il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji tkun soġġetta għal reviżjoni indipendenti xierqa biex tiżgura li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu indipendentement;
(d)
il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji hija rrappreżentata fil-korp tat-tmexxija jew fil-funzjoni superviżorja, fejn tkun ġiet stabbilita, mill-anqas bl-istess awtorità daqs tal-funzjoni tal-immaniġġjar tal-portafolji;
(e)
kwalunkwe dmir konfliġġenti għandu jiġi ssegregat kif xieraq.
|
|
Artikolu 43 2.
|
Fejn proporzjonat, u b’kunsiderazzjoni għan-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-AIFM, is-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw ukoll li:
(a)
it-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji tiġi riveduta regolarment mill-funzjoni tal-awditjar intern, jew, jekk din ma tkunx ġiet stabbilita, minn parti esterna maħtura mill-korp tat-tmexxija;
(b)
fejn ikun ġie stabbilit kumitat tar-riskji, ikun mgħammar bir-riżorsi kif xieraq u l-membri mhux independenti tiegħu ma jkollhomx influwenza żejda fuq it-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji.
|
|
Artikolu 43 3.
|
Il-korp tat-tmexxija tal-AIFM u, fejn teżisti l-funzjoni superviżorja, għandhom jistabbilixxu s-salvagwardji kontra l-konflitti ta’ interess stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, u jirrevedu regolarment l-effikaċja tagħhom u jieħdu azzjoni ta’ rimedju fil-waqt biex jindirizzaw kwalunkwe defiċjenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|