|
+Artikolu 43 1. |
Artikolu 43 1.Is-salvagwardji kontra l-konflitti ta’ interess msemmija fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jiżguraw, għall-inqas, li:
(a)
id-deċiżjonijiet meħuda mill-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji jkunu bbażati fuq dejta affidabbli, li huma soġġetti għal livell xieraq ta’ kontroll mill-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji;
(b)
ir-rimunerazzjoni ta’ dawk involuti fit-twettiq tal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji tirrifletti l-kisba tal-għanijiet marbuta mal-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jkunu involuti fihom;
(c)
il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji tkun soġġetta għal reviżjoni indipendenti xierqa biex tiżgura li d-deċiżjonijiet qed jittieħdu indipendentement;
(d)
il-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji hija rrappreżentata fil-korp tat-tmexxija jew fil-funzjoni superviżorja, fejn tkun ġiet stabbilita, mill-anqas bl-istess awtorità daqs tal-funzjoni tal-immaniġġjar tal-portafolji;
(e)
kwalunkwe dmir konfliġġenti għandu jiġi ssegregat kif xieraq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|