+Artikolu 51 Rekwiżiti għall-interess miżmuma
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.

Artikolu 51 Rekwiżiti għall-interess miżmuma

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 51 1.
L-AIFMs għandhom jassumu l-iskopertura għar-riskju tal-kreditu ta’ titolizzazzjoni għan-nom ta’ AIF wieħed jew aktar li jimmaniġaw fil-każ biss li l-oriġinatur, l-isponsor jew is-sellief oriġinarju, ikun espliċitament iddivulga lill-AIFM li huwa żżomm, fuq bażi kontinwa, interess ekonomiku materjali nett, li fi kwalunkwe każ ma għandux ikun inqas minn 5 %.

Kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin biss għandu jikkwalifika bħala żamma ta’ interess ekonomiku materjali nett ta’ mhux inqas minn 5 %:

(a) 

żamma ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull segment mibjugħ jew ittrasferit lill-investituri;

(b) 

fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi ċirkolanti, żamma tal-interess tal-oriġinatur ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati;

(c) 

żamma ta’ skoperturi magħżula b’mod aleatorju, ekwivalenti għal mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, fejn tali skoperturi normalment kienu jkunu titolizzati fit-titolizzazzjoni, bil-kundizzjoni li l-għadd ta’ skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx inqas minn 100 fl-oriġinazzjoni;

(d) 

żamm tal-ewwel segment tat-telf u, jekk meħtieġ, segmenti oħra li għandhom l-istess profil ta’ riskju jew profil ta’ riskju aktar sever minn dawk ittrasferiti jew mibjugħa lill-investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħa lill-investituri, b’mod li ż-żamma totali ma tkunx inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati.

(e) 

żamma tal-ewwel skopertura għat-telf ta’ mhux inqas minn 5 % ta’ kull skopertura titolizzata fit-titolizzazzjoni.

Interess ekonomiku nett għandu jitkejjel fl-oriġinazzjoni u għandu jinżamm fuq bażi kontinwa. L-interess ekonomiku nett, inklużi l-pożizzjonijiet, l-interess jew l-iskoperturi miżmuma, ma għandu jkun soġġett għall-ebda mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew pożizzjonijiet fil-qosor jew ħeġġ ieħor u ma għandux jinbiegħ. L-interess ekonomiku nett għandu jiġi determinat mill-valur nozzjonali għall-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.

Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta’ żamma għal xi titolizzazzjoni partikolari.

Artikolu 51 2.
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-iskoperturi titolizzati jkunu pretensjonijiet jew pretensjonijiet kontinġenti fuq, iggarantiti bis-sħiħ, inkondizzjonalment u irrevokabbilment mill-istituzzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 122a(3) tad-Direttiva 2006/48/KE, u ma għandhomx japplikaw għal dawk it-tranżazzjonijiet elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 122a(3) tad-Direttiva 2006/48/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.