|
+Artikolu 51 1. |
Artikolu 51 1.L-AIFMs għandhom jassumu l-iskopertura għar-riskju tal-kreditu ta’ titolizzazzjoni għan-nom ta’ AIF wieħed jew aktar li jimmaniġaw fil-każ biss li l-oriġinatur, l-isponsor jew is-sellief oriġinarju, ikun espliċitament iddivulga lill-AIFM li huwa żżomm, fuq bażi kontinwa, interess ekonomiku materjali nett, li fi kwalunkwe każ ma għandux ikun inqas minn 5 %. Kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin biss għandu jikkwalifika bħala żamma ta’ interess ekonomiku materjali nett ta’ mhux inqas minn 5 %:
(a)
żamma ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali ta’ kull segment mibjugħ jew ittrasferit lill-investituri;
(b)
fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi ċirkolanti, żamma tal-interess tal-oriġinatur ta’ mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati;
(c)
żamma ta’ skoperturi magħżula b’mod aleatorju, ekwivalenti għal mhux inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, fejn tali skoperturi normalment kienu jkunu titolizzati fit-titolizzazzjoni, bil-kundizzjoni li l-għadd ta’ skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx inqas minn 100 fl-oriġinazzjoni;
(d)
żamm tal-ewwel segment tat-telf u, jekk meħtieġ, segmenti oħra li għandhom l-istess profil ta’ riskju jew profil ta’ riskju aktar sever minn dawk ittrasferiti jew mibjugħa lill-investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħa lill-investituri, b’mod li ż-żamma totali ma tkunx inqas minn 5 % tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati.
(e)
żamma tal-ewwel skopertura għat-telf ta’ mhux inqas minn 5 % ta’ kull skopertura titolizzata fit-titolizzazzjoni. Interess ekonomiku nett għandu jitkejjel fl-oriġinazzjoni u għandu jinżamm fuq bażi kontinwa. L-interess ekonomiku nett, inklużi l-pożizzjonijiet, l-interess jew l-iskoperturi miżmuma, ma għandu jkun soġġett għall-ebda mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu jew pożizzjonijiet fil-qosor jew ħeġġ ieħor u ma għandux jinbiegħ. L-interess ekonomiku nett għandu jiġi determinat mill-valur nozzjonali għall-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta’ żamma għal xi titolizzazzjoni partikolari. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|