+Artikolu 64 Reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ portafolji
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
|
Artikolu 64 Reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ portafolji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 64 1.
|
L-AIFMs għandhom mingħajr dewmien u għal kull tranżazzjoni ta’ portafoll relatata mal-AIF li jimmaniġġjaw, jirreġistraw informazzjoni li hija suffiċjenti biex jiġu rikostruwiti d-dettalji tal-ordni u tat-tranżazzjoni eżegwita jew tal-ftehim.
|
|
Artikolu 64 2.
|
Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ portafoll f’ċentru tal-eżekuzzjoni, ir-rekord imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-AIF u tal-persuna li tkun qiegħda taġixxi f’isem l-AIF;
(c)
fejn rilevanti, il-kwantità;
(d)
it-tip tal-ordni jew it-tranżazzjoni;
(f)
għal ordnijiet, id-data u l-ħin preċiż tat-trażmissjoni tal-ordni u l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-persuna għand min tkun ġiet l-ordni, jew għal tranżazzjonijiet, id-data u l-ħin preċiż tad-deċiżjoni biex isir in-negozju u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni;
(g)
fejn applikabbli, l-isem tal-persuna li tittrażmetti l-ordni jew li teżegwixxi t-tranżazzjoni;
(h)
fejn applikabbli, ir-raġunijiet għar-revoka ta’ ordni;
(i)
għal tranżazzjonijiet eżegwiti, l-identifikazzjoni tal-kontraparti u taċ-ċentru tal-eżekuzzjoni.
|
|
Artikolu 64 3.
|
Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet ta’ portafoll minn AIF mhux f’xi ċentru tal-eżekuzzjoni, ir-rekord imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-AIF;
(b)
dokumentazzjoni ġuridika u oħra li tifforma l-bażi tat-tranżazzjoni tal-portafoll, inklużi partikolarment il-ftehim kif eżekwit;
|
|
Artikolu 64 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, ċentru tal-eżekuzzjoni għandu jinkludi internalizzatur sistematiku kif imsemmi fil-punt (7) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, suq regolat kif imsemmi fil-punt (14) tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva, faċilità tan-negozjar multilaterali kif imsemmi fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva, ġeneratur tas-suq kif imsemmi fil-punt (8) tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva jew fornitur ieħor tal-likwidità jew entità li twettaq, f’pajjiż terz, funzjoni simili għal dawk imwettqa minn xi wieħed minn dawn li għadhom kif issemmew.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|