+Artikolu 86 Monitoraġġ tal-flussi tal-flus tal-AIF

Artikolu 86 Monitoraġġ tal-flussi tal-flus tal-AIF

Artikolu 86

Monitoraġġ tal-flussi tal-flus tal-AIF

Depożitarju għandu jiżgura monitoraġġ effettiv u xieraq tal-flussi tal-flus tal-AIF u partikolarment għandu mill-inqas:

(a) 

jiżgura li l-flus kollha tal-AIF jiġu rreġistrat f’kontijiet miftuħa ma’ entitajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/73/KE fis-swieq rilevanti fejn il-kontijiet tal-flus huma meħtieġa għall-finijiet tal-operati tal-AIF u liema huma soġġetti għal regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali li għandhom l-istess effett bħal-liġi tal-Unjoni, hija infurzata effettivament u hija skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE;

(b) 

jimplimenta proċeduri xierqa u effettivi biex jirrikonċilja l-movimenti tal-flussi tal-flus kollha u jwettaq tali rikonċiljazzjonijiet kuljum jew, fil-każ ta’ movimenti ta’ flus mhux frekwenti, meta jseħħu tali movimenti fil-flussi tal-flus;

(c) 

jimplimenta proċeduri xierqa biex jidentifika fl-għeluq tal-ġurnata tan-negozju flussi tal-flus sinifikanti u partikolarment dawk li jistgħu jkunu inkonsistenti mal-operati tal-AIF;

(d) 

jirrevedi perjodikament l-adegwatezza ta’ dawk il-proċeduri inkluż permezz ta’ reviżjoni sħiħa tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni mill-inqas darba fis-sena u jiżgura li l-kontijiet tal-flus miftuħa f’isem l-AIF, f’isem l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF jew f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-AIF jiġu inklużi fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni;

(e) 

jimmonitorja fuq bażi kontinwa r-riżultati tar-rikonċiljazzjonijiet u l-azzjonijiet meħuda bħala riżultat ta’ kwalunkwe diskrepanza identifikata permezz tal-proċeduri ta’ rikonċiljazzjoni u jinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-AIFM jekk irregolarità ma tkunx ġiet rettifikata kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti jekk is-sitwazzjoni ma tistax tiġi ċċarata, jew skont il-każ, ikkoreġuta;

(f) 

jivverifika l-konsistenza tar-rekords tiegħu stess tal-pożizzjonijiet tal-flus ma’ dawk tal-AIFM. L-AIFM għandu jiżgura li l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni kollha relatati ma’ kont tal-flus miftuħ ma’ parti terza jintbagħtu lid-depożitarju, ħalli d-depożitarju jkun jista’ jwettaq il-proċedura ta’ rikonċiljazzjoni tiegħu stess.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.