+TAQSIMA 3 Funzjonijiet tad-depożitarju, dmirijiet ta’ diliġenza dovuta u obbligu ta’ segregazzjoni
---+Artikolu 85 Monitoraġġ tal-flus - rekwiżiti ġenerali
------+Artikolu 85 1.
------+Artikolu 85 2.
---+Artikolu 86 Monitoraġġ tal-flussi tal-flus tal-AIF
---+Artikolu 87 Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet
---+Artikolu 88 Strumenti finanzjarji li għandhom jinżammu f’kustodja
------+Artikolu 88 1.
------+Artikolu 88 2.
------+Artikolu 88 3.
---+Artikolu 89 Dmirijiet ta’ salvagwardja marbuta mal-assi miżmuma f’kustodja
------+Artikolu 89 1.
------+Artikolu 89 2.
------+Artikolu 89 3.
---+Artikolu 90 Dmirijiet ta’ salvagwardja marbuta mal-verifika tas-sjieda u żżamma tar-rekords
------+Artikolu 90 1.
------+Artikolu 90 2.
------+Artikolu 90 3.
------+Artikolu 90 4.
------+Artikolu 90 5.
---+Artikolu 91 Obbligi ta’ rappurtar għal sensara prinċipali
------+Artikolu 91 1.
------+Artikolu 91 2.
------+Artikolu 91 3.
---+Artikolu 92 Dmirijiet ta’ sorveljanza - rekwiżiti ġenerali
------+Artikolu 92 1.
------+Artikolu 92 2.
------+Artikolu 92 3.
------+Artikolu 92 4.
---+Artikolu 93 Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet
---+Artikolu 94 Dmirijiet marbuta mal-valwazzjoni tal-ishma/unitajiet
------+Artikolu 94 1.
------+Artikolu 94 2.
------+Artikolu 94 3.
------+Artikolu 94 4.
---+Artikolu 95 Dmirijiet marbuta mat-twettiq tal-istruzzjonijiet tal-AIFM
---+Artikolu 96 Dmirijiet marbuta mas-saldu f’waqtu tat-tranżazzjonijiet
------+Artikolu 96 1.
------+Artikolu 96 2.
---+Artikolu 97 Dmirijiet marbuta mad-distribuzzjoni tal-introjtu tal-AIF
------+Artikolu 97 1.
------+Artikolu 97 2.
---+Artikolu 98 Diliġenza dovuta
------+Artikolu 98 1.
------+Artikolu 98 2.
------+Artikolu 98 2a.
------+Artikolu 98 3.
------+Artikolu 98 4.
------+Artikolu 98 5.
------+Artikolu 98 6.
------+Artikolu 98 7.
---+Artikolu 99 Obbligu ta’ segregazzjoni
------+Artikolu 99 1.
------+Artikolu 99 2.
------+Artikolu 99 2a.
------+Artikolu 99 3.

TAQSIMA 3 Funzjonijiet tad-depożitarju, dmirijiet ta’ diliġenza dovuta u obbligu ta’ segregazzjoni

TAQSIMA 3 Funzjonijiet tad-depożitarju, dmirijiet ta’ diliġenza dovuta u obbligu ta’ segregazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 85 Monitoraġġ tal-flus - rekwiżiti ġenerali
Artikolu 86 Monitoraġġ tal-flussi tal-flus tal-AIF

Artikolu 86

Monitoraġġ tal-flussi tal-flus tal-AIF

Depożitarju għandu jiżgura monitoraġġ effettiv u xieraq tal-flussi tal-flus tal-AIF u partikolarment għandu mill-inqas:

(a) 

jiżgura li l-flus kollha tal-AIF jiġu rreġistrat f’kontijiet miftuħa ma’ entitajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/73/KE fis-swieq rilevanti fejn il-kontijiet tal-flus huma meħtieġa għall-finijiet tal-operati tal-AIF u liema huma soġġetti għal regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali li għandhom l-istess effett bħal-liġi tal-Unjoni, hija infurzata effettivament u hija skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/73/KE;

(b) 

jimplimenta proċeduri xierqa u effettivi biex jirrikonċilja l-movimenti tal-flussi tal-flus kollha u jwettaq tali rikonċiljazzjonijiet kuljum jew, fil-każ ta’ movimenti ta’ flus mhux frekwenti, meta jseħħu tali movimenti fil-flussi tal-flus;

(c) 

jimplimenta proċeduri xierqa biex jidentifika fl-għeluq tal-ġurnata tan-negozju flussi tal-flus sinifikanti u partikolarment dawk li jistgħu jkunu inkonsistenti mal-operati tal-AIF;

(d) 

jirrevedi perjodikament l-adegwatezza ta’ dawk il-proċeduri inkluż permezz ta’ reviżjoni sħiħa tal-proċess ta’ rikonċiljazzjoni mill-inqas darba fis-sena u jiżgura li l-kontijiet tal-flus miftuħa f’isem l-AIF, f’isem l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF jew f’isem id-depożitarju li jaġixxi f’isem l-AIF jiġu inklużi fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni;

(e) 

jimmonitorja fuq bażi kontinwa r-riżultati tar-rikonċiljazzjonijiet u l-azzjonijiet meħuda bħala riżultat ta’ kwalunkwe diskrepanza identifikata permezz tal-proċeduri ta’ rikonċiljazzjoni u jinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-AIFM jekk irregolarità ma tkunx ġiet rettifikata kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti jekk is-sitwazzjoni ma tistax tiġi ċċarata, jew skont il-każ, ikkoreġuta;

(f) 

jivverifika l-konsistenza tar-rekords tiegħu stess tal-pożizzjonijiet tal-flus ma’ dawk tal-AIFM. L-AIFM għandu jiżgura li l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni kollha relatati ma’ kont tal-flus miftuħ ma’ parti terza jintbagħtu lid-depożitarju, ħalli d-depożitarju jkun jista’ jwettaq il-proċedura ta’ rikonċiljazzjoni tiegħu stess.

Artikolu 87 Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet

Artikolu 87

Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet

L-AIFM għandu jiżgura li d-depożitarju jingħata l-informazzjoni dwar pagamenti magħmula minn jew għan-nom tal-investituri mas-sottoskrizzjoni ta’ unitajiet jew ishma ta’ AIF fl-għeluq ta’ kull ġurnata ta’ negozju meta l-AIFM, l-AIF jew parti li taġixxi għan-nom tiegħu, bħal aġent tat-trasferiment, jirċievi tali pagamenti jew ordni mingħand l-investitur. L-AIFM għandu jiżgura li d-depożitarju jirċievi l-informazzjoni l-oħra rilevanti kollha li jeħtieġ biex jiżgura li l-pagamenti jiġu rreġistrati fil-kontijiet tal-flus miftuħa f’isem l-AIF jew f’isem l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF jew f’isem id-depożitarju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2011/61/UE.

Artikolu 88 Strumenti finanzjarji li għandhom jinżammu f’kustodja
Artikolu 89 Dmirijiet ta’ salvagwardja marbuta mal-assi miżmuma f’kustodja
Artikolu 90 Dmirijiet ta’ salvagwardja marbuta mal-verifika tas-sjieda u żżamma tar-rekords
Artikolu 91 Obbligi ta’ rappurtar għal sensara prinċipali
Artikolu 92 Dmirijiet ta’ sorveljanza - rekwiżiti ġenerali
Artikolu 93 Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet

Artikolu 93

Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet

Sabiex jikkonforma mal-punt (a) tal-Artikolu 21(9) tad-Direttiva 2011/61/UE id-depożitarju għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(1) 

Id-depożitarju għandu jiżgura li l-AIF, l-AIFM jew l-entità magħżula jkunu stabbilixxew, jimplimentaw u japplikaw proċedura xierqa u konsistenti biex:

(i) 

jirrikonċilja l-ordnijiet ta’ sottoskrizzjoni mar-rikavat mis-sottoskrizzjonijiet, kif ukoll l-għadd ta’ unitajiet jew ishma maħruġa mir-rikavat mis-sottoskrizzjonijiet li jirċievi l-AIF;

(ii) 

jirrikonċilja l-ordnijiet ta’ tifdija mat-tifdijiet imħallsa, kif ukoll l-għadd ta’ unitajiet jew ishma kkanċellati mat-tifdijiet imħallsa mill-AIF;

(iii) 

jivverifika fuq bażi regolari li l-proċedura ta’ rikonċiljazzjoni hija xierqa.

Għall-finijiet tal-punti (i), (ii) u (iii), id-depożitarju għandu partikolarment jiċċekkja regolarment il-konsistenza bejn l-għadd totali ta’ unitajiet jew ishma fil-kontijiet tal-AIF u l-għadd totali ta’ ishma jew unitajiet pendenti li jidhru fir-reġistru tal-AIF.

(2) 

Depożitarju għandu jiżgura u jiċċekkja b’mod regolari li l-proċeduri rigward il-bejgħ, il-ħruġ, ir-riakkwist, it-tifdija u l-kanċellazzjoni ta’ ishma jew unitajiet tal-AIF jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli u mar-regoli tal-AIF jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u jivverifika li dawn il-proċeduri huma effettivament implimentati.

(3) 

Il-frekwenza tal-kontrolli tad-depożitarju għandha tkun konsistenti mal-frekwenza tas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet.

Artikolu 94 Dmirijiet marbuta mal-valwazzjoni tal-ishma/unitajiet
Artikolu 95 Dmirijiet marbuta mat-twettiq tal-istruzzjonijiet tal-AIFM

Artikolu 95

Dmirijiet marbuta mat-twettiq tal-istruzzjonijiet tal-AIFM

Sabiex jikkonforma mal-punt (c) tal-Artikolu 21(9) tad-Direttiva 2011/61/UE id-depożitarju għandu mill-anqas:

(a) 

jistabbilixxi u jimplimenta proċeduri xierqa biex jivverifika li l-AIF u l-AIFM jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli u mar-regoli u l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF. Partikolarment, id-depożitarju għandu jimmonitorja l-konformità tal-AIF mar-restrizzjonijiet tal-investiment u l-limiti tal-ingranaġġ stabbiliti fid-dokumenti tal-offerta tal-AIF. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu proporzjonati għan-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-AIF;

(b) 

iwaqqaf u jimplimenta proċedura ta’ eskalazzjoni meta l-AIF ikun kiser waħda mil-limiti jew ir-restrizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

Artikolu 96 Dmirijiet marbuta mas-saldu f’waqtu tat-tranżazzjonijiet
Artikolu 97 Dmirijiet marbuta mad-distribuzzjoni tal-introjtu tal-AIF
Artikolu 98 Diliġenza dovuta
Artikolu 99 Obbligu ta’ segregazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.