|
+Artikolu 89 1. |
Artikolu 89 1.Sabiex jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 21(8) tad-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jinżammu f’kustodja, depożitarju għandu jiżgura li mill-anqas:
(a)
l-istrumenti finanzjarji huma rreġistrati sew skont l-Artikolu 21(8)(a)(ii) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
jinżammu rekords u kontijiet segregati b’mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u partikolarment jirreġistra l-korrispondenza ma’ strumenti finanzjarji u flus miżmuma għal AIFs;
(c)
ir-rikonċiljazzjonijiet jitwettqu kemm-il darba jkun meħtieġ bejn il-kontijiet interni u r-rekords tad-depożitarju u dawk ta' kull parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati funzjonijiet ta' kustodja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE
(d)
tiġi eżerċitata attenzjoni dovuta b’rabta mal-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja sabiex jiġi żgurat standard għoli ta’ protezzjoni għall-investituri;
(e)
ir-riskji rilevanti kollha tal-kustodja tul il-katina sħiħa tal-kustodja huma vvalutati u mmonitorjati u l-AIFM ikun infurmat dwar kwalunkwe riskju materjali identifikat;
(f)
hemm arranġamenti organizzazzjonali adegwati sabiex ikun imminimizzat ir-riskju ta’ telf jew tnaqqis fl-istrumenti finanzjarji, jew ta’ drittijiet marbuta ma’ dawk l-istrumenti finanzjarji b’riżultat ta’ frodi, amministrazzjoni ħażina, reġistrar inadegwat jew negliġenza;
(g)
id-dritt tas-sjieda tal-AIF jew id-dritt tas-sjieda tal-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF fuq l-assi jiġi vverifikat. Rigward il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-frekwenza tar-rikonċiljazzjonijiet għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' dawn li ġejjin:
(a)
l-attività kummerċjali normali tal-AIF;
(b)
kull operazzjoni li sseħħ barra mill-attività normali tan-negozjar;
(c)
kull operazzjoni li sseħħ f'isem kull klijent ieħor li l-assi tiegħu jinżammu mill-parti terza fl-istess kont ta'strumenti finanzjarji bħal dak tal-assi tal-AIF. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|