+Artikolu 89 Dmirijiet ta’ salvagwardja marbuta mal-assi miżmuma f’kustodja
---+Artikolu 89 1.
---+Artikolu 89 2.
---+Artikolu 89 3.
|
Artikolu 89 Dmirijiet ta’ salvagwardja marbuta mal-assi miżmuma f’kustodja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 89 1.
|
Sabiex jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 21(8) tad-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji li għandhom jinżammu f’kustodja, depożitarju għandu jiżgura li mill-anqas:
(a)
l-istrumenti finanzjarji huma rreġistrati sew skont l-Artikolu 21(8)(a)(ii) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
jinżammu rekords u kontijiet segregati b’mod li jiżgura l-preċiżjoni tagħhom, u partikolarment jirreġistra l-korrispondenza ma’ strumenti finanzjarji u flus miżmuma għal AIFs;
▼M1
(c)
ir-rikonċiljazzjonijiet jitwettqu kemm-il darba jkun meħtieġ bejn il-kontijiet interni u r-rekords tad-depożitarju u dawk ta' kull parti terza li lilha jkunu ġew iddelegati funzjonijiet ta' kustodja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE
▼B
(d)
tiġi eżerċitata attenzjoni dovuta b’rabta mal-istrumenti finanzjarji miżmuma f’kustodja sabiex jiġi żgurat standard għoli ta’ protezzjoni għall-investituri;
(e)
ir-riskji rilevanti kollha tal-kustodja tul il-katina sħiħa tal-kustodja huma vvalutati u mmonitorjati u l-AIFM ikun infurmat dwar kwalunkwe riskju materjali identifikat;
(f)
hemm arranġamenti organizzazzjonali adegwati sabiex ikun imminimizzat ir-riskju ta’ telf jew tnaqqis fl-istrumenti finanzjarji, jew ta’ drittijiet marbuta ma’ dawk l-istrumenti finanzjarji b’riżultat ta’ frodi, amministrazzjoni ħażina, reġistrar inadegwat jew negliġenza;
(g)
id-dritt tas-sjieda tal-AIF jew id-dritt tas-sjieda tal-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF fuq l-assi jiġi vverifikat.
Rigward il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-frekwenza tar-rikonċiljazzjonijiet għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta' dawn li ġejjin:
(a)
l-attività kummerċjali normali tal-AIF;
(b)
kull operazzjoni li sseħħ barra mill-attività normali tan-negozjar;
(c)
kull operazzjoni li sseħħ f'isem kull klijent ieħor li l-assi tiegħu jinżammu mill-parti terza fl-istess kont ta'strumenti finanzjarji bħal dak tal-assi tal-AIF.
|
|
Artikolu 89 2.
|
Meta depożitarju jkun iddelega l-funzjonijiet ta' kustodja tiegħu lil parti terza skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, għandu jibqa' soġġett għar-rekwiżiti tal-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għandu wkoll jiżgura li l-parti terza tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti minn (b) sa (g) tal-paragrafu 1 u mal-obbligi tas-segregazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 99.
|
|
Artikolu 89 3.
|
Id-dmirijiet ta’ salvagwardja ta’ depożitarju kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw fuq bażi ta’ trasparenza għall-assi sottostanti miżmuma minn strutturi finanzjarji u, skont il-każ, jew strutturi ġuridiċi kkontrollati direttament jew indirettament mill-AIF jew l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF. Ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma japplikax għal strutturi ta’ fond ta’ fondi jew strutturi alimentatriċi prinċipali fejn il-fondi sottostanti jkollhom depożitarju li jżomm f’kustodja l-assi ta’ dawn il-fondi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|