|
+Artikolu 91 3. |
Artikolu 91 3.L-elementi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
(a)
il-valur totali tal-assi miżmuma mis-sensar prinċipali għall-AIF, fejn funzjonijiet ta’ salvagwardja huma ddelegati skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, il-valur ta’ kull wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
selfiet fi flus magħmula lill-AIF u l-imgħax akkumulat;
(ii)
titoli li għandhom jiġu kkunsenjati mill-ġdid taħt pożizzjonijiet miftuħa qosra meħuda f’isem l-AIF;
(iii)
ammonti ta’ saldu attwali li għandhom jitħallsu mill-AIF taħt kwalunkwe kuntratt tal-futuri;
(iv)
Dħul ta’ flus minn bejgħ qasir miżmum mis-sensar prinċipali fir-rigward ta’ pożizzjonijiet meħuda f’isem l-AIF;
(v)
marġini ta’ flus miżmuma mis-sensar prinċipali fir-rigward ta’ kuntratti tal-futuri miftuħa ffirmati f’isem l-AIF. Dan l-obbligu huwa flimkien mal-obbligi skont l-Artikoli 87 u 88;
(vi)
skopertura għall-ipprezzar skont il-valur tal-għeluq ta’ kwalunkwe tranżazzjoni barra l-borża f’isem l-AIF;
(vii)
l-obbligi totali ggarantiti tal-AIF kontra s-sensar prinċipali; u
(viii)
l-assi l-oħra kollha relatati mal-AIF;
(b)
il-valur tal-assi l-oħra msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(8) tad-Direttiva 2011/61/UE miżmuma bħala kollateral mis-sensar prinċipali fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ggarantiti li saru skont ftehim ta’ senserija prinċipali;
(c)
il-valur tal-assi fejn is-sensar prinċipali jkun eżerċita dritt ta’ użu fir-rigward tal-assi tal-AIF;
(d)
lista tal-istituzzjonijiet kollha li fihom is-sensar prinċipali għandu jew jista’ jkollu flus tal-AIF f’kont miftuħ f’isem l-AIF jew f’isem l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2011/61/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|