+Artikolu 91 Obbligi ta’ rappurtar għal sensara prinċipali
---+Artikolu 91 1.
---+Artikolu 91 2.
---+Artikolu 91 3.

Artikolu 91 Obbligi ta’ rappurtar għal sensara prinċipali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 91 1.

Fejn ikun inħatar sensar prinċipali, l-AIFM għandu jiżgura li mid-data ta’ din il-ħatra ikun hemm ftehim skont liema s-sensar prinċipali jkun meħtieġ ipoġġi għad-dispożizzjoni tad-depożitarju b’mod partikolari rapport f’mezz durabbli li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-valuri tal-elementi elenkati fil-paragrafu 3 fl-għeluq ta’ kull ġurnata ta’ negozju;

(b) 

dettalji ta’ kwalunkwe kwistjoni oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li d-depożitarju tal-AIF ikollu informazzjoni aġġornata u preċiża dwar il-valur tal-assi li ġie ddelegat bis-salvagwardja tagħhom skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE.

Artikolu 91 2.
Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun disponibbli għad-depożitarju tal-AIF mhux aktar tard mill-għeluq tal-ġurnata ta’ negozju li jkun imiss li għaliha jkun jirrelata.
Artikolu 91 3.

L-elementi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a) 

il-valur totali tal-assi miżmuma mis-sensar prinċipali għall-AIF, fejn funzjonijiet ta’ salvagwardja huma ddelegati skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, il-valur ta’ kull wieħed minn dawn li ġejjin:

(i) 

selfiet fi flus magħmula lill-AIF u l-imgħax akkumulat;

(ii) 

titoli li għandhom jiġu kkunsenjati mill-ġdid taħt pożizzjonijiet miftuħa qosra meħuda f’isem l-AIF;

(iii) 

ammonti ta’ saldu attwali li għandhom jitħallsu mill-AIF taħt kwalunkwe kuntratt tal-futuri;

(iv) 

Dħul ta’ flus minn bejgħ qasir miżmum mis-sensar prinċipali fir-rigward ta’ pożizzjonijiet meħuda f’isem l-AIF;

(v) 

marġini ta’ flus miżmuma mis-sensar prinċipali fir-rigward ta’ kuntratti tal-futuri miftuħa ffirmati f’isem l-AIF. Dan l-obbligu huwa flimkien mal-obbligi skont l-Artikoli 87 u 88;

(vi) 

skopertura għall-ipprezzar skont il-valur tal-għeluq ta’ kwalunkwe tranżazzjoni barra l-borża f’isem l-AIF;

(vii) 

l-obbligi totali ggarantiti tal-AIF kontra s-sensar prinċipali; u

(viii) 

l-assi l-oħra kollha relatati mal-AIF;

(b) 

il-valur tal-assi l-oħra msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(8) tad-Direttiva 2011/61/UE miżmuma bħala kollateral mis-sensar prinċipali fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ggarantiti li saru skont ftehim ta’ senserija prinċipali;

(c) 

il-valur tal-assi fejn is-sensar prinċipali jkun eżerċita dritt ta’ użu fir-rigward tal-assi tal-AIF;

(d) 

lista tal-istituzzjonijiet kollha li fihom is-sensar prinċipali għandu jew jista’ jkollu flus tal-AIF f’kont miftuħ f’isem l-AIF jew f’isem l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF skont l-Artikolu 21(7) tad-Direttiva 2011/61/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.