+Artikolu 93 Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet

Artikolu 93 Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet

Artikolu 93

Dmirijiet marbuta mas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet

Sabiex jikkonforma mal-punt (a) tal-Artikolu 21(9) tad-Direttiva 2011/61/UE id-depożitarju għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(1) 

Id-depożitarju għandu jiżgura li l-AIF, l-AIFM jew l-entità magħżula jkunu stabbilixxew, jimplimentaw u japplikaw proċedura xierqa u konsistenti biex:

(i) 

jirrikonċilja l-ordnijiet ta’ sottoskrizzjoni mar-rikavat mis-sottoskrizzjonijiet, kif ukoll l-għadd ta’ unitajiet jew ishma maħruġa mir-rikavat mis-sottoskrizzjonijiet li jirċievi l-AIF;

(ii) 

jirrikonċilja l-ordnijiet ta’ tifdija mat-tifdijiet imħallsa, kif ukoll l-għadd ta’ unitajiet jew ishma kkanċellati mat-tifdijiet imħallsa mill-AIF;

(iii) 

jivverifika fuq bażi regolari li l-proċedura ta’ rikonċiljazzjoni hija xierqa.

Għall-finijiet tal-punti (i), (ii) u (iii), id-depożitarju għandu partikolarment jiċċekkja regolarment il-konsistenza bejn l-għadd totali ta’ unitajiet jew ishma fil-kontijiet tal-AIF u l-għadd totali ta’ ishma jew unitajiet pendenti li jidhru fir-reġistru tal-AIF.

(2) 

Depożitarju għandu jiżgura u jiċċekkja b’mod regolari li l-proċeduri rigward il-bejgħ, il-ħruġ, ir-riakkwist, it-tifdija u l-kanċellazzjoni ta’ ishma jew unitajiet tal-AIF jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli u mar-regoli tal-AIF jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni u jivverifika li dawn il-proċeduri huma effettivament implimentati.

(3) 

Il-frekwenza tal-kontrolli tad-depożitarju għandha tkun konsistenti mal-frekwenza tas-sottoskrizzjonijiet u t-tifdijiet.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.