|
+Artikolu 98 2. |
Artikolu 98 2.Meta jagħżel u jaħtar parti terza, li tiġi ddelegata b’funzjonijiet ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, depożitarju għandu jeżerċita l-attenzjoni u diliġenza dovuti kollha biex jiżgura li meta l-parti terza tiġi fdata bl-istrumenti finanzjarji jkun hemm standard adegwat ta’ protezzjoni. Tal-inqas għandu:
(a)
jivvaluta l-qafas regolatorju u ġuridiku, inkluż ir-riskju tal-pajjiż, ir-riskju tal-kustodja u l-infurzabbiltà tal-kuntratti mal-parti terza. Dik il-valutazzjoni għandha b’mod partikolari tippermetti li d-depożitarju jiddetermina l-implikazzjoni potenzjali ta’ insolvenza tal-parti terza għall-assi u d-drittijiet tal-AIF. Jekk depożitarju jsir konxju li s-segregazzjoni tal-assi mhijiex biżżejjed biex tkun żgurata l-protezzjoni minn insolvenza minħabba l-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-parti terzi, huwa għandu jinforma minnufih lill-AIFM;
(b)
jivvaluta jekk il-prassi, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-parti terza humiex adegwati sabiex jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji tal-AIF jew tal-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF igawdu standard għoli ta’ attenzjoni u protezzjoni;
(c)
jivvaluta jekk is-saħħa finanzjarja u r-reputazzjoni tal-parti terza humiex konsistenti mal-kompiti delegati. Dik il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-parti terza potenzjali kif ukoll dejta u informazzjoni oħra, fejn disponibbli.
(d)
jiżgura li l-parti terza għandha l-kapaċitajiet operazzjonali u teknoloġiċi biex twettaq il-kompiti delegati tal-kustodja b’livell sodisfaċenti ta’ protezzjoni u sigurtà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|