+Artikolu 98 Diliġenza dovuta
---+Artikolu 98 1.
---+Artikolu 98 2.
---+Artikolu 98 2a.
---+Artikolu 98 3.
---+Artikolu 98 4.
---+Artikolu 98 5.
---+Artikolu 98 6.
---+Artikolu 98 7.

Artikolu 98 Diliġenza dovuta

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 98 1.
Sabiex jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE depożitarju għandu jimplimenta u japplika proċedura ta’ diliġenza dovuta xierqa u ddokumentata għall-għażla u l-monitoraġġ kontinwu tad-delegat. Dik il-proċedura għandha tiġi riveduta regolarment, mill-anqas darba fis-sena, u tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti meta tintalab.
Artikolu 98 2.

Meta jagħżel u jaħtar parti terza, li tiġi ddelegata b’funzjonijiet ta’ salvagwardja skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE, depożitarju għandu jeżerċita l-attenzjoni u diliġenza dovuti kollha biex jiżgura li meta l-parti terza tiġi fdata bl-istrumenti finanzjarji jkun hemm standard adegwat ta’ protezzjoni. Tal-inqas għandu:

(a) 

jivvaluta l-qafas regolatorju u ġuridiku, inkluż ir-riskju tal-pajjiż, ir-riskju tal-kustodja u l-infurzabbiltà tal-kuntratti mal-parti terza. Dik il-valutazzjoni għandha b’mod partikolari tippermetti li d-depożitarju jiddetermina l-implikazzjoni potenzjali ta’ insolvenza tal-parti terza għall-assi u d-drittijiet tal-AIF. Jekk depożitarju jsir konxju li s-segregazzjoni tal-assi mhijiex biżżejjed biex tkun żgurata l-protezzjoni minn insolvenza minħabba l-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-parti terzi, huwa għandu jinforma minnufih lill-AIFM;

(b) 

jivvaluta jekk il-prassi, il-proċeduri u l-kontrolli interni tal-parti terza humiex adegwati sabiex jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji tal-AIF jew tal-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF igawdu standard għoli ta’ attenzjoni u protezzjoni;

(c) 

jivvaluta jekk is-saħħa finanzjarja u r-reputazzjoni tal-parti terza humiex konsistenti mal-kompiti delegati. Dik il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-parti terza potenzjali kif ukoll dejta u informazzjoni oħra, fejn disponibbli.

(d) 

jiżgura li l-parti terza għandha l-kapaċitajiet operazzjonali u teknoloġiċi biex twettaq il-kompiti delegati tal-kustodja b’livell sodisfaċenti ta’ protezzjoni u sigurtà.

Artikolu 98 2a.

Kuntratt, li permezz tiegħu id-depożitarju jaħtar parti terza biex iżżomm l-assi tal-klijenti AIF tad-depożitarju f'kustodja, għandu jinkludi tal-anqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

garanzija tad-dritt tad-depożitarju għall-informazzjoni, l-ispezzjoni, u l-aċċess għal rekords u kontijiet rilevanti tat-terza persuna li tippossjedi assi f'kustodja sabiex id-depożitarju jkun jista' jwettaq is-sorveljanza u l-obbligi tad-diliġenza dovuta u b'mod partikolari jkun jista':

(i) 

jidentifika l-entitajiet kollha fil-katina sħiħa tal-kustodja;

(ii) 

jivverifika li l-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet ta' strumenti finanzjarji miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem l-AIF jew f'isem l-AIFM, li jaġixxi f'isem l-AIF, tkun taqbel mal-kwantità tal-istrumenti finanzjarji identifikati miżmuma f'kustodja mill-parti terza għal dak l-AIF kif reġistrat fil-kont ta' strumenti finanzjarji miftuħ fil-kotba tal-parti terza;

(iii) 

jivverifika li l-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati, rreġistrati u miżmuma f'kont ta' strumenti finanzjarji miftuħ fid-Depożitarju Ċentrali tat-Titoli (CSD) tal-emittent, jew l-aġent tiegħu, f'isem il-parti terza għall-klijenti tagħha, tkun taqbel mal-kwantità ta' strumenti finanzjarji identifikati rreġistrati fil-kontijiet ta' strumenti finanzjarji miftuħa fil-kotba tad-depożitarju f'isem kull klijent AIF tiegħu jew f'isem l-AIFM li jaġixxi f'isem l-AIF;

(b) 

dettalji ta' drittijiet u obbligi ekwivalenti miftiehma bejn il-parti terza u parti terza oħra, f'każ ta' delega ulterjuri ta' funzjonijiet ta' kustodja.

Artikolu 98 3.

Depożitarju għandu jeżerċita ħila, kura u diliġenza dovuti fir-reviżjoni perjodika u l-monitoraġġ kontinwu ħalli jiżgura li l-parti terza tibqa’ konformi mal-kriterji previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE. Għal dan il-għan id-depożitarju għandu mill-inqas:

(a) 

jimmonitorja l-prestazzjoni tal-parti terza u l-konformità tagħha mal-istandards tad-depożitarju;

(b) 

jiżgura li l-parti terza teżerċita standard għoli ta’ attenzjoni, prudenza u diliġenza fit-twettiq tal-kompiti tagħha ta’ kustodja u partikolarment li effettivament tissegrega l-istrumenti finanzjajri f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 99;

(c) 

janalizza r-riskji tal-kustodja assoċjati mad-deċiżjoni li jiġu fdati assi għand il-parti terza u mingħajr dewmien jinnotifika lill-AIF jew lill-AIFM bi kwalunkwe bidla f’dawk ir-riskji. Dik il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-parti terza kif ukoll fuq dejta u informazzjoni oħra, fejn disponibbli. Matul taqlib fis-suq jew meta jiġi identifikat riskju, il-frekwenza u l-ambitu tal-analiżi għandhom jiżdiedu. Jekk id-depożitarju jsir konxju li s-segregazzjoni tal-assi ma għadhiex biżżejjed biex tkun żgurata l-protezzjoni minn insolvenza minħabba l-liġi tal-pajjiż fejn tinsab il-parti terzi, huwa għandu jinforma minnufih lill-AIFM.

Artikolu 98 4.
Fejn il-parti terza terġa’ tiddelega kwalunkwe mill-funzjonijiet iddelegati lilha, għandhom japplikaw mutatis mutandis il-kriterji stipulati fil-paragrafi 1,2 u 3.
Artikolu 98 5.
Depożitarju għandu jimmonitorja l-konformità mal-Artikolu 21(4) tad-Direttiva 2011/61/UE.
Artikolu 98 6.
Depożitarju għandu jfassal pjanijiet ta’ kontinġenza għal kull suq li fih jaħtar parti terza skont l-Artikolu 21(11) tad-Direttiva 2011/61/UE biex iwettaq dmirijiet ta’ salvagwardja. Tali pjan ta’ kontinġenza għandu jinkludu l-identifikazzjoni ta’ fornitur alternattiv, jekk jeżisti.
Artikolu 98 7.
Depożitarju għandu jieħu miżuri, inkluża t-terminazzjoni tal-kuntratt, li huma fl-aħjar interess tal-AIF u tal-investituri tiegħu meta d-delegat ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżiti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.