|
+Artikolu 104 1. |
Artikolu 104 1.Il-karta tal-bilanċ jew ir-rapport tal-assi u l-obbligazzjonijiet għandu jkun fih tal-inqas l-elementi u l-entrati f’linja sottostanti li ġejjin skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2011/61/UE:
(a)
“assi” magħmula minn riżorsi kkontrollati mill-AIF bħala riżultat ta’ avvenimenti fil-passat u li minnhom benefiċċji ekonomiċi fil-futur ikunu mistennija li jirriżultaw għall-AIF. L-assi għandhom ikunu sottoklassifikati skont l-entrati f’linja li ġejjin:
(i)
“investimenti”, inklużi, iżda mhux limitati għal, dejn u titoli ta’ ekwità, proprjetà immobbli u proprjetà u derivattivi;
(ii)
“flus u ekwivalenti ta’ flus”, inklużi, iżda mhux limitati għal, flus fl-idejn, depożiti ta’ bla avviż u investimenti likwidi b’terminu qasir li jikkwalifikaw;
(iii)
“riċevibbli”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti riċevibbli fir-rigward ta’ dividendi u imgħaxijiet, investimenti mibjugħa, ammonti dovuti minn sensara u “prepagamenti”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti mħallsa bil-quddiem fir-rigward tal-ispejjeż tal-AIF,
(b)
“obbligazzjonijiet” magħmula mill-obbligazzjonijiet attwali tal-AIF li jirriżultaw minn avvenimenti fil-passat, li s-saldu tagħhom huwa mistenni jirriżulta fi fluss ta’ ħruġ mill-AIF ta’ riżorsi li jikkostitwixxu benefiċċji ekonomiċi. L-obbligazzjonijiet għandhom ikunu sottoklassifikati skont l-entrati f’linja li ġejjin:
(i)
“pagabbli”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti pagabbli fir-rigward tax-xiri ta’ investimenti jew tat-tifdija ta’ unitajiet jew ishma fl-AIF u ammonti dovuti lis-sensara u “spejjeż akkumulati”, inklużi, iżda mhux limitati għal, obbligazzjonijiet ta’ tariffi tal-immaniġġjar, tariffi ta’ konsultazzjoni, tariffi għall-prestazzjoni, drittijiet, imgħax u spejjeż oħrajn imġarrba waqt l-operazzjonijiet tal-AIF;
(ii)
“teħid ta’ selfiet”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti pagabbli lil banek u kontrapartijiet oħra;
(iii)
“obbligazzjonijiet oħra”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti dovuti lil kontropartijiet għal kollateral fuq ir-ritorn ta’ titoli mislufa, introjtu differit u dividendi u distribuzzjonijiet pagabbli;
(c)
“assi netti”, li jirrappreżentaw l-interess reżidwu fl-assi tal-AIF wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|