+Artikolu 104 Kontenut u format tal-karta tal-bilanċ jew tar-rapporti tal-assi u l-obbligazzjonijiet u tal-kont tal-introjtu u l-infiq
---+Artikolu 104 1.
---+Artikolu 104 2.
---+Artikolu 104 3.
---+Artikolu 104 4.
---+Artikolu 104 5.
---+Artikolu 104 6.
---+Artikolu 104 7.
|
Artikolu 104 Kontenut u format tal-karta tal-bilanċ jew tar-rapporti tal-assi u l-obbligazzjonijiet u tal-kont tal-introjtu u l-infiq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 104 1.
|
Il-karta tal-bilanċ jew ir-rapport tal-assi u l-obbligazzjonijiet għandu jkun fih tal-inqas l-elementi u l-entrati f’linja sottostanti li ġejjin skont il-punt (a) tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2011/61/UE:
(a)
“assi” magħmula minn riżorsi kkontrollati mill-AIF bħala riżultat ta’ avvenimenti fil-passat u li minnhom benefiċċji ekonomiċi fil-futur ikunu mistennija li jirriżultaw għall-AIF. L-assi għandhom ikunu sottoklassifikati skont l-entrati f’linja li ġejjin:
(i)
“investimenti”, inklużi, iżda mhux limitati għal, dejn u titoli ta’ ekwità, proprjetà immobbli u proprjetà u derivattivi;
(ii)
“flus u ekwivalenti ta’ flus”, inklużi, iżda mhux limitati għal, flus fl-idejn, depożiti ta’ bla avviż u investimenti likwidi b’terminu qasir li jikkwalifikaw;
(iii)
“riċevibbli”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti riċevibbli fir-rigward ta’ dividendi u imgħaxijiet, investimenti mibjugħa, ammonti dovuti minn sensara u “prepagamenti”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti mħallsa bil-quddiem fir-rigward tal-ispejjeż tal-AIF,
(b)
“obbligazzjonijiet” magħmula mill-obbligazzjonijiet attwali tal-AIF li jirriżultaw minn avvenimenti fil-passat, li s-saldu tagħhom huwa mistenni jirriżulta fi fluss ta’ ħruġ mill-AIF ta’ riżorsi li jikkostitwixxu benefiċċji ekonomiċi. L-obbligazzjonijiet għandhom ikunu sottoklassifikati skont l-entrati f’linja li ġejjin:
(i)
“pagabbli”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti pagabbli fir-rigward tax-xiri ta’ investimenti jew tat-tifdija ta’ unitajiet jew ishma fl-AIF u ammonti dovuti lis-sensara u “spejjeż akkumulati”, inklużi, iżda mhux limitati għal, obbligazzjonijiet ta’ tariffi tal-immaniġġjar, tariffi ta’ konsultazzjoni, tariffi għall-prestazzjoni, drittijiet, imgħax u spejjeż oħrajn imġarrba waqt l-operazzjonijiet tal-AIF;
(ii)
“teħid ta’ selfiet”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti pagabbli lil banek u kontrapartijiet oħra;
(iii)
“obbligazzjonijiet oħra”, inklużi, iżda mhux limitati għal, ammonti dovuti lil kontropartijiet għal kollateral fuq ir-ritorn ta’ titoli mislufa, introjtu differit u dividendi u distribuzzjonijiet pagabbli;
(c)
“assi netti”, li jirrappreżentaw l-interess reżidwu fl-assi tal-AIF wara li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu.
|
|
Artikolu 104 2.
|
Il-kont tad-dħul u l-infiq għandu jkun fih mill-inqas l-elementi u l-entrati f’linja sottostanti li ġejjin:
(a)
“introjtu”, li jirrappreżenta kwalunkwe żidiet fil-benefiċċji ekonomiċi matul il-perijodu tal-kontabbiltà fil-forma ta’ influssi jew titjib ta’ assi jew tnaqqis ta’ obbligazzjonijiet li jirriżultaw f’żidiet fl-assi netti barra minn dawk li huma relatati ma’ kontribuzzjonijiet mingħand l-investituri. L-introjtu għandu jkun sottoklassifikat skont l-entrati f’linja li ġejjin:
(i)
“introjtu minn investiment”, li jista’ jkun sottoklassifikat aktar kif ġej:
—
“introjtu mid-dividendi”, relatat mad-dividendi fuq investimenti f’ekwità li l-AIF ikun intitolat għalihom;
—
“introjtu mill-imgħax”, relatat mal-imgħax fuq investimenti f’dejn u flus li l-AIF ikun intitolat għalihom;
—
“introjtu mil-kiri”, relatat ma’ introjtu minn kiri minn investimenti fi proprjetà li l-AIF ikun intitolat għalihom;
(ii)
“qligħ realizzat minn investimenti”, li jirrappreżenta qligħ mad-disponiment ta’ investimenti;
(iii)
“qligħ mhux realizzat minn investimenti”, li jirrappreżenta qligħ mill-revalwazzjoni ta’ investimenti; u
(iv)
“introjtu ieħor” inkluż, imma mhux limitat għal, introjtu minn tariffi minn titoli mislufa u minn sorsi varji oħra.
(b)
“spejjeż”, li jirrappreżentaw tnaqqis fil-benefiċċji ekonomiċi matul il-perijodu tal-kontabbiltà fil-forma ta’ flussi ‘l barra jew ta’ tnaqqir ta’ assi jew tiġrib ta’ obbligazzjonijiet li jirriżultaw fi tnaqqisiet fl-assi netti, barra minn dawk li huma relatati mal-kontribuzzjonijiet mingħand l-investituri. L-ispejjeż għandhom ikunu sottoklassifikati skont l-entrati f’linja li ġejjin:
—
“tariffi tal-konsulenza jew l-immaniġġjar tal-investiment”, li jirrappreżentaw tariffi kuntrattwali dovuti lill-konsulent jew lill-AIFM,
—
“spejjeż oħra”, inklużi, iżda mhux limitati għal, tariffi amministrattivi, tariffi professjonali, tariffi tal-kustodju u imgħax. Entrati individwali, jekk materjali fin-natura tagħhom, għandhom jiġu ddivulgati separatament,
—
“telf realizzat minn investimenti”, li jirrappreżenta telf mad-disponiment ta’ investimenti,
—
“telf mhux realizzat minn investimenti”, li jirrappreżenta telf mill-revalwazzjoni ta’ investimenti;
(c)
“introjtu jew nefqa netta”, li tirrappreżenta l-introjtu ‘l fuq min-nefqa jew in-nefqa ‘l fuq mill-introjtu, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 104 3.
|
It-taqsim, in-nomenklatura u t-terminoloġija tal-entrati f’linja għandhom ikunu konsistenti mal-istandards tal-kontabbiltà applikabbli għal, jew ir-regoli addottati minn, l-AIF u għandhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli fejn ikun stabbilit l-AIF. Tali entrati f’linja jistgħu jiġu emendati jew estiżi biex tkun żgurata l-konformità ma’ hawn fuq.
|
|
Artikolu 104 4.
|
Entrati f’linja addizzjonali, intestaturi u sottototali għandhom jiġu ppreżentati meta preżentazzjoni bħal din tkun rilevanti għall-fehim tal-pożizzjoni finanzjarja tal-AIF fil-karta tal-bilanċ jew rapport tal-assi u l-obbligazzjonijiet jew il-prestazzjoni finanzjarja tal-AIF fil-kontenut u l-format tal-kont tal-introjtu u n-nefqa. Fejn rilevanti għandha tiġi ppreżentat informazzjoni addizzjonali fin-noti tar-rapporti finanzjarji. L-iskop tan-noti għandu jkun li jipprovdu deskrizzjonijiet narrattivi jew diżaggregazzjoni tal-entrati ppreżentati fir-rapporti primarji u informazzjoni dwar entrati li ma jikkwalifikawx għal rikonoxximent f’dawn ir-rapporti.
|
|
Artikolu 104 5.
|
Kull klassi materjali ta’ tali entrati għandha tkun ippreżentata separatament. Entrati individwali, jekk materjali, għandhom jiġu ddivulgati. Il-materjalità għandha tiġi vvalutata skont ir-rekwiżiti tal-qafas tal-kontabbiltà adottat.
|
|
Artikolu 104 6.
|
Il-preżentazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-entrati fil-karta tal-bilanċ jew rapport tal-assi u l-obbligazzjonijiet għandhom jinżammu minn perjodu ta’ rappurtar jew tal-kontabbiltà għall-ieħor sakemm ma jkunx evidenti li preżentazzjoni jew klassifikazzjoni oħra tkun aktar xierqa, bħal meta bidla fl-istrateġija tal-investiment twassal għal xejriet ta’ negozjar differenti, jew minħabba li standard tal-kontabbiltà jkun ħtieġ bidla fil-preżentazzjoni.
|
|
Artikolu 104 7.
|
Fir-rigward tal-kontenut u l-format tal-kont tal-introjtu u n-nefqa stipulati fl-Anness IV, l-entrati kollha tal-introjtu u l-ispejjeż għandhom jiġu rikonoxxuti f’perjodu partikolari fil-kont tal-introjtu u n-nefqa sakemm standard tal-kontabbiltà adottat mill-AIF ma jkunx jeħtieġ mod ieħor.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|