+Artikolu 108 Divulgazzjoni perjodika lill-investituri
---+Artikolu 108 1.
---+Artikolu 108 2.
---+Artikolu 108 3.
---+Artikolu 108 4.
---+Artikolu 108 5.

Artikolu 108 Divulgazzjoni perjodika lill-investituri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 108 1.
L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/61/UE għandha tiġi ppreżentata b’mod ċar u li jiftiehem.
Artikolu 108 2.

Meta jiddivulga l-perċentwli tal-assi tal-AIF li huma soġġetti għal arranġamenti speċjali minħabba n-natura illikwida tagħhom skont l-Artikolu 23(4)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-AIFM għandu:

(a) 

jipprovdi ħarsa ġenerali lejn kwalunkwe arranġament speċjali fis-seħħ inkluż dwar jekk jirrelatax ma’ pulijiet esklużivi, kwoti għat-tifdija jew arranġamenti simili oħra, il-metodoloġija tal-valwazzjoni applikata għall-assi li huma soġġetti għal arranġamenti bħal dawn u kif it-tariffi tal-immaniġġjar u l-prestazzjoni japplikaw għal dawn l-assi;

(b) 

jiddivulga din l-informazzjoni bħala parti mir-rappurtar perjodku tal-AIF lill-investituri, kif meħtieġ mir-regoli tal-AIF jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jew fl-istess waqt tal-prospett u d-dokument tal-offerta u – bħala minimu – fl-istess waqt li r-rapport annwali jsir disponibbli skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2011/61/UE.

Il-perċentwali tal-assi tal-AIF li huma soġġetti għal arranġamenti speċjali kif definit fl-Artikolu 1(5), għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur nett ta’ dawk l-assi soġġetti għal arranġamenti speċjali diviż bil-valur nett tal-assi tal-AIF ikkonċernat.

Artikolu 108 3.

Għal kwalunkwe arranġament ġdid għall-immaniġġjar tal-likwidità tal-AIF skont il-punt (b) tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/61/UE l-AIFMs għandhom:

(a) 

għal kull AIF li jimmaniġġjaw li mhuwiex AIF mhux ingranat magħluq, jinnotifikaw lill-investituri kull meta jagħmlu bidliet fis-sistemi u l-proċeduri tal-immaniġġjar tal-likwidità msemmija fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li huma materjali skont l-Artikolu 106(1);

(b) 

immedjatament jinnotifikaw lill-investituri meta jattivaw kwoti tat-tifdija, pulijiet esklużivi jew arranġamenti speċjali simili jew meta jiddeċiedu li jissospendu tifdijiet;

(c) 

jipprovdu ħarsa ġenerali lejn it-tibdiliet fl-arranġamenti dwar il-likwidità, kemm jekk dawn huma arranġamenti speċjali jew le. Fejn rilevanti, għandhom jiġu inklużi t-termini li taħthom hija permessa t-tifdija u ċ-ċirkostanzi li jiddeterminaw meta tapplika d-diskrezzjoni tal-maniġment. Għandha tkun inkluża wkoll kwalunkwe restrizzjoni fuq il-votazzjoni jew restrizzjoni oħra eżerċitabbli, it-tul ta’ kwalunkwe għeluq jew kwalunkwe dispożizzjoni dwar “first in line” jew “pro-rating” fuq il-kwoti tat-tifdija u s-sospensjonijiet.

Artikolu 108 4.

Id-divulgazzjoni tal-profil tar-riskju tal-AIF skont il-punt (c) tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/61/UE għandha tindika:

(a) 

il-miżuri għall-valutazzjoni tas-sensittività tal-portafoll tal-AIF għar-riskji l-iktar rilevanti li AIF huwa jew jista’ jkun espost għalihom;

(b) 

jekk il-limiti tar-riskji stipulati mill-AIFM ġewx jew huwiex probabbli li jinqabżu u meta dawn il-limiti jkunu nqabżu, deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi u l-miżuri ta’ rimedju meħuda;

L-informazzjoni għandha tiġi ddivulgat bħala parti mir-rappurtar perjodiku tal-AIF lill-investituri, kif meħtieġ mir-regoli tal-AIF jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jew fl-istess waqt tal-prospett u d-dokument tal-offerta u – bħala minimu – fl-istess waqt li r-rapport annwali jsir disponibbli skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2011/61/UE.

Artikolu 108 5.
Is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskji użati mill-AIFM skont il-punt (c) tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jindikaw il-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskji użati mill-AIFM biex jimmaniġġja r-riskji li kull AIF li jimmaniġġja huwa jew jista’ jkun espost għalihom. Fil-każ ta’ bidla d-divulgazzjoni għandha tinkludi informazzjoni relatata mal-bidla u dwar l-impatt antiċipat tagħha tal-AIF u l-investituri tiegħu.

L-informazzjoni għandha tiġi ddivulgata bħala parti mir-rappurtar perjodiku tal-AIF lill-investituri, kif meħtieġ mir-regoli tal-AIF jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jew fl-istess waqt tal-prospett u d-dokument tal-offerta u – bħala minimu – fl-istess waqt li r-rapport annwali jsir disponibbli jew pubbliku skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2011/61/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.