|
+Artikolu 110 1. |
Artikolu 110 1.Sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) u tal-punt (d) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, AIFM għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja meta jirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti:
(a)
l-istrumenti prinċipali li qed jinnegozja fihom, inkluża analiżi tal-istrumenti finanzjarji u assi oħra, inklużi l-istrateġiji ta’ investiment tal-AIF u l-konċentrazzjoni ġeografika u settorjali tal-investimenti tagħhom;
(b)
is-swieq li huwa membru tagħhom jew li jinnegozja attivament fihom;
(c)
id-diversifikazzjoni tal-portafoll tal-AIF, inkluż, iżda mhux limitat għal, l-iskoperturi prinċipali tiegħu u l-konċentrazzjonijiet l-aktar importanti. L-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 3. Fejn l-AIF ikun fond ta’ fondi dan il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-AIFM bi 15-il jum. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|