+Artikolu 110 Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 110 1.
---+Artikolu 110 2.
---+Artikolu 110 3.
---+Artikolu 110 4.
---+Artikolu 110 5.
---+Artikolu 110 6.
---+Artikolu 110 7.
|
Artikolu 110 Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 110 1.
|
Sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1) u tal-punt (d) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, AIFM għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja meta jirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti:
(a)
l-istrumenti prinċipali li qed jinnegozja fihom, inkluża analiżi tal-istrumenti finanzjarji u assi oħra, inklużi l-istrateġiji ta’ investiment tal-AIF u l-konċentrazzjoni ġeografika u settorjali tal-investimenti tagħhom;
(b)
is-swieq li huwa membru tagħhom jew li jinnegozja attivament fihom;
(c)
id-diversifikazzjoni tal-portafoll tal-AIF, inkluż, iżda mhux limitat għal, l-iskoperturi prinċipali tiegħu u l-konċentrazzjonijiet l-aktar importanti.
L-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 3. Fejn l-AIF ikun fond ta’ fondi dan il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-AIFM bi 15-il jum.
|
|
Artikolu 110 2.
|
Għal kull AIF fl-UE li jimmaniġġjaw u għal kull AIF li jikkummerċjalizza fl-Unjoni, l-AIFMs għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom bl-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2011/61/UE:
(a)
il-perċentwali tal-assi tal-AIF li huma soġġetti għal arranġament speċjali kif definit fl-Artikolu 1(5) ta’ dan ir-Regolament minħabba n-natura illikwida tagħhom kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(b)
kwalunkwe arranġament ġdid għall-immaniġġar tal-likwidità tal-AIF;
(c)
is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskji użati mill-AIFM biex jimmaniġġja r-riskju tas-suq, ir-riskju tal-likwidità, ir-riskji tal-kontroparti u riskji oħrajn fosthom ir-riskju operazzjonali;
(d)
il-profil tar-riskji attwali tal-AIF, inklużi:
(i)
il-profil tar-riskju tas-suq tal-investimenti tal-AIF, inklużi r-redditu mistenni u l-volatilità tal-AIF f’kundizzjonijiet normali tas-suq;
(ii)
il-profil tal-likwidità tal-investimenti tal-AIF, inklużi l-profil tal-likwidità tal-assi tal-AIF, il-profil tat-termini tat-tifdija u t-termini ta’ finanzjament ipprovdut minn kontrapartijiet tal-AIF;
(e)
informazzjoni dwar il-kategoriji prinċipali tal-assi li fihom investa l-AIF inklużi l-valur qasir fis-suq u l-valur twil fis-suq korrispondenti, il-fatturat u l-prestazzjoni matul il-perjodu tar-rappurtar; u
(f)
ir-riżultati tat-testijiet tal-istress perjodiċi, taħt ċirkostanzi normali u eċċezzjonali, imwettqa skont il-punt (b) tal-Artikolu 15(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/61/UE.
|
|
Artikolu 110 3.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi rrapportata kif ġej:
(a)
fuq bażi ta’ kull sitt xhur mill-AIFMs li jimmaniġġjaw portafolji ta’ AIFs li l-assi immaniġġjati tagħhom ikkalkulati skont l-Artikolu 2 fit-total jaqbżu l-limitu ta’ EUR 100 miljun jew EUR 500 miljun stabbilit fil-punti (a) u (b) rispettivament tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE iżda ma jaqbżux EUR 1 biljun, għal kull AIF fl-UE li jimminiġġjaw u għal kull AIF li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni;
(b)
fuq bażi trimistrali mill-AIFMs li jimmaniġġjaw portafolji ta’ AIFs li l-assi mmaniġġjati tagħhom ikkalkulati skont l-Artikolu 2 fit-total jaqbżu EUR 1 biljun, għal kull AIF fl-UE li jimmaniġġjaw, u għal kull AIF li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni;
(c)
fuq bażi trimistrali mill-AIFMs li huma soġġetti għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, għal kull AIF li l-assi mmaniġġjati tiegħu, inkluż kwalunkwe assi akkwistat permezz tal-użu tal-ingranaġġ, fit-total jaqbżu EUR 500 miljun, fir-rigward ta’ dak l-AIF;
(d)
fuq bażi annwali minn AIFMs fir-rigward ta’ kull AIF mhux ingranat li jimmaniġġjaw li, skont il-politika ta’ investiment prinċipali tiegħu, jinvesti f’kumpaniji u emittenti mhux elenkati sabiex jakkwista kontroll.
|
|
Artikolu 110 4.
|
B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM tista’ tikkunsidra xieraq u meħtieġ għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħha li teħtieġ li l-informazzjoni kollha jew parti minnha tiġi rrapportata fuq bażi aktar frekwenti.
|
|
Artikolu 110 5.
|
AIFMs li jimmaniġġjaw AIF waħda jew aktar li jkunu vvalutaw li qed jużaw ingranaġġ fuq bażi sostanzjali skont l-Artikolu 111 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2011/61/UE fl-istess ħin kif meħtieġ skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 110 6.
|
L-AIFMs għandhom jipprovdu l-informazzjoni speċifikata skont il-paragrafi 1, 2 u 5 skont il-mudell proforma ta’ rappurtar stabbilit fl-Anness IV.
|
|
Artikolu 110 7.
|
Skont il-punt (a) tal-Artikolu 42(1) tad-Direttiva 2011/61/UE, għal AIFMs mhux mill-UE, kwalunkwe referenza għal awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tfisser l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ referenza.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|