|
+Artikolu 110 3. |
Artikolu 110 3.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi rrapportata kif ġej:
(a)
fuq bażi ta’ kull sitt xhur mill-AIFMs li jimmaniġġjaw portafolji ta’ AIFs li l-assi immaniġġjati tagħhom ikkalkulati skont l-Artikolu 2 fit-total jaqbżu l-limitu ta’ EUR 100 miljun jew EUR 500 miljun stabbilit fil-punti (a) u (b) rispettivament tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE iżda ma jaqbżux EUR 1 biljun, għal kull AIF fl-UE li jimminiġġjaw u għal kull AIF li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni;
(b)
fuq bażi trimistrali mill-AIFMs li jimmaniġġjaw portafolji ta’ AIFs li l-assi mmaniġġjati tagħhom ikkalkulati skont l-Artikolu 2 fit-total jaqbżu EUR 1 biljun, għal kull AIF fl-UE li jimmaniġġjaw, u għal kull AIF li jikkummerċjalizzaw fl-Unjoni;
(c)
fuq bażi trimistrali mill-AIFMs li huma soġġetti għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, għal kull AIF li l-assi mmaniġġjati tiegħu, inkluż kwalunkwe assi akkwistat permezz tal-użu tal-ingranaġġ, fit-total jaqbżu EUR 500 miljun, fir-rigward ta’ dak l-AIF;
(d)
fuq bażi annwali minn AIFMs fir-rigward ta’ kull AIF mhux ingranat li jimmaniġġjaw li, skont il-politika ta’ investiment prinċipali tiegħu, jinvesti f’kumpaniji u emittenti mhux elenkati sabiex jakkwista kontroll. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|