Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, meta l-funzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Anness II, it-tielet inċiż, titwettaq minn distributur wieħed jew aktar li jkunu qed jaġixxu f’isimhom stess u li jikkummerċjalizzaw il-UCITS skont id-Direttiva 2014/65/UE jew permezz ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), tali funzjoni ma għandhiex titqies bħala delega soġġetta għar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu irrispettivament minn kwalunkwe ftehim ta’ distribuzzjoni bejn il-kumpanija tal-maniġment u d-distributur.