+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.

Artikolu 13

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

►M12  Il-kumpaniji tal-maniġment, li jkollhom l-intenzjoni li jiddelegaw lil partijiet terzi l-kompitu li jwettqu, f’isimhom, waħda jew aktar mill-funzjonijiet imsemmija fl-Anness II jew tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(3), għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom qabel ma l-arranġamenti tad-delega jsiru effettivi. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati: ◄

(a) 

il-kumpanija tal-maniġment għandha tinforma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju b’mod xieraq; l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment għandhom, bla dewmien, jgħaddu l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS;

▼M12

(b) 

il-mandat ma jridx jipprevjeni l-effettività ta’ superviżjoni tal-kumpanija tal-maniġment u b’mod partikolari ma jridx jipprevjeni lill-kumpanija tal-maniġment milli taġixxi, jew lill-UCITS milli tiġi mmaniġġata, fl-aħjar interessi tal-investituri u tal-klijenti tagħha;

▼B

(c) 

meta d-delega tikkonċerna l- immaniġġjar ta’ investiment, il-mandat jista’ jingħata biss lil impriżi li huma awtorizzati jew reġistrati għall- finijiet ta’ mmaniġġjar ta’ assi u suġġett għal superviżjoni prudenzjali; id-delega għandha tkun skont kriterji ta’ allokazzjoni ta’ investiment stabbiliti perjodikament minn kumpaniji tal-maniġment;

(d) 

meta l-mandat jikkonċerna l- immaniġġjar ta’ investiment u jingħata lil impriża ta’ pajjiż terz, għandha tiġi żgurata kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni kkonċernati;

(e) 

mandat b’rigward għall-funzjoni ċentrali tal-immaniġġjar ta’ investiment ma għandux jingħata lid-depożitarju jew lil kwalunkwe impriża oħra li l-interessi tagħhom jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-kumpanija tal-maniġment jew mat-titolari tal-unitajiet;

(f) 

għandhom jeżistu miżuri li jippermettu lil persuni li jikkonduċu n-negozju tal-kumpanija tal-maniġment sabiex ikun hemm monitoraġġ effettiv fi kwalunkwe ħin tal-attività tal-impriża li lilha jingħata l-mandat;

▼M12

(g) 

il-mandat ma jridx jipprevjeni lill-persuni li jwettqu n-negozju tal-kumpanija tal-maniġment milli jagħtu, fi kwalunkwe ħin, iktar struzzjonijiet lill-impriża li lilha jkunu delegati funzjonijiet, jew l-għoti ta’ servizzi, u milli jirtiraw il-mandat b’effett immedjat meta li jsir dan ikun fl-interess tal-investituri u tal-klijenti;

(h) 

wara li titqies in-natura tal-funzjonijiet u l-għoti ta’ servizzi li għandhom jiġu delegati, l-impriża li lilha għandhom jiġu delegati funzjonijiet jew għoti ta’ servizzi trid tkun kwalifikata u kapaċi twettaq il-funzjonijiet jew is-servizzi inkwistjoni;

(i) 

il-prospetti tal-UCITS iridu jelenkaw is-servizzi u l-funzjonijiet li l-kumpanija tal-maniġment kellha l-permess li tiddelega f’konformità ma’ dan l-Artikolu; u

(j) 

il-kumpanija tal-maniġment trid tkun tista’ tiġġustifika l-istruttura ta’ delega tagħha kollha kemm hi b’raġunijiet oġġettivi.

Artikolu 13 2.
Ir-responsabbiltà tal-kumpanija tal-maniġment jew tad-depożitarju ma għandhiex tiġi affettwata mill-fatt li l-kumpanija tal-maniġment iddelegat funzjonijiet jew servizzi għal parti terza. Il-kumpanija tal-maniġment ma għandhiex tiddelega l-funzjonijiet jew is-servizzi sal-punt li, essenzjalment, ma tkunx tista’ tibqa’ titqies bħala l-maniġer tal-UCITS jew il-fornitur tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(3) u sal-punt li ssir entità kaxxa tal-ittri.
Artikolu 13 3.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, meta l-funzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Anness II, it-tielet inċiż, titwettaq minn distributur wieħed jew aktar li jkunu qed jaġixxu f’isimhom stess u li jikkummerċjalizzaw il-UCITS skont id-Direttiva 2014/65/UE jew permezz ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), tali funzjoni ma għandhiex titqies bħala delega soġġetta għar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu irrispettivament minn kwalunkwe ftehim ta’ distribuzzjoni bejn il-kumpanija tal-maniġment u d-distributur.
Artikolu 13 4.
Il-kumpanija tal-maniġment għandha tiżgura li t-twettiq tal-funzjonijiet imsemmija fl-Anness II u l-provvista tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(3) jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Dak l-obbligu għandu japplika irrispettivament mill-istatus regolatorju jew mill-post fejn jinsab kwalunkwe delegat jew sottodelegat.
Artikolu 13 5.

Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikolu 112a, għandha tadotta miżuri li jispeċifikaw:

(a) 

il-kundizzjonijiet biex jiġu ssodisfati ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1;

(b) 

il-kundizzjonijiet skont liema l-kumpanija tal-maniġment tiġi meqjusa li tkun iddelegat il-funzjonijiet tagħha sa fejn issir entità kaxxa tal-ittri u ma tkunx tista’ tibqa’ titqies bħala l-maniġer tal-UCITS jew il-fornitur tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(3), kif stabbilit fil-paragrafu 2.

Artikolu 13 6.
Sas-16 ta’ April 2029, l-AETS għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapport li janalizza l-prattiki tas-suq rigward id-delega u l-konformità mal-Artikolu 7 u mal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, ibbażat, fost l-oħrajn, fuq id-data rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 20a(2), il-punt (d), u fuq l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ konverġenza superviżorja tal-AETS. Dak ir-rapport għandu janalizza wkoll il-konformità mar-rekwiżiti ta’ sustanza ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.