+Artikolu 18a 2.

Artikolu 18a 2.

UCITS għandha tagħżel tal-anqas żewġ għodod xierqa għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness IIA, il-punti 2 sa 8, wara li tivvaluta l-adegwatezza ta’ dawk l-għodod fir-rigward tal-istrateġija ta’ investiment segwita tagħha, il-profil tal-likwidità tagħha u l-politika ta’ tifdija tagħha. L-UCITS għandha tinkludi dawk l-għodod fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni għal użu possibbli fl-interess tal-investituri tal-UCITS. Ma għandux ikun possibbli li dik l-għażla tinkludi biss l-għodod imsemmija fl-Anness IIA, il-punti 5 u 6.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, UCITS tista’ tiddeċiedi li tagħżel għodda waħda biss għall-ġestjoni tal-likwidità minn dawk imsemmija fl-Anness IIA, il-punti 2 sa 8, jekk dik l-UCITS tkun awtorizzata bħala fond tas-suq monetarju f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 16 ).

L-UCITS għandha timplimenta politiki u proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni ta’ kwalunkwe għodda magħżula għall-ġestjoni tal-likwidità u l-arranġamenti operazzjonali u amministrattivi għall-użu ta’ din l-għodda. L-għażla msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi u l-politiki u l-proċeduri dettaljati għall-attivazzjoni u d-diżattivazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.

Tifdija in natura kif imsemmi fl-Anness IIA, il-punt 8, għandha tiġi attivata biss biex tissodisfa tifdijiet mitluba minn investituri professjonali u jekk it-tifdija in natura tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-UCITS.

B’deroga mir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-tifdija in natura ma tistax tikkorrispondi għal sehem pro rata tal-assi miżmuma mill-UCITS jekk dik l-UCITS tkun ikkummerċjalizzat biss ma’ investituri professjonali, jew meta l-għan tal-politika ta’ investiment ta’ dik l-UCITS ikun li jirreplika l-kompożizzjoni ta’ ċertu indiċi ta’ titoli ta’ dejn jew ta’ stokk, u dik l-UCITS tkun fond negozjat fil-borża kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (46), tad-Direttiva 2014/65/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.