+Artikolu 39
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
---+Artikolu 39 6.
|
Artikolu 39
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1.
|
Il-mergers għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun dieħla f’merger.
|
|
Artikolu 39 2.
|
Il-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:
(a)
l-abbozz ta’ termini komuni tal-merger proposta debitament approvata mill-UCITS li tkun se tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi;
(b)
verżjoni aġġornata tal-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investitur, kif imsemmi fl-Artikolu 78, tal-UCITS riċeventi, jekk tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor;
(c)
dikjarazzjoni maħruġa minn kull wieħed mid-depożitarji tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger u ta’ dawk riċeventi, fejn tikkonferma li, skont l-Artikolu 41, dawn ivverifikaw il-konformità mal-partikolari stabbiliti fil-punti (a), (f) u (g) tal-Artikolu 40(1) mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom; u
(d)
it-tagħrif dwar il-merger proposta li l-UCITS li tkun ser tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi jkollhom il-ħsieb li jipprovdu lit-titolari tal-unitajiet rispettivi tagħhom.
Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’ tali mod sabiex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi jaqrawhom fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru jew ta’ dawk l-Istati Membri, jew f’lingwa approvata minn dawk l-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 39 3.
|
Meta l-fajl ikun komplut, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom immedjatament jitrażmettu kopji tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li qed tirċievi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li qed tirċievi għandhom, rispettivament, iqisu l-impatt potenzjali tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger kif ukoll tal-UCITS riċeventi biex ikun evalwat jekk it-titolari tal-unitajiet ġewx mogħtija l-informazzjoni adegwata.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu, bil-miktub, li t-tagħrif lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger jiġi ċċarat.
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu, bil-miktub, u mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievu l-kopji tat-tagħrif komplut rikjest mill-paragrafu 2, li l-UCITS riċeventi timmodika it-tagħrif li trid tipprovdi lit-titolari tal-unitajiet tagħha.
F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi għandha tibgħat indikazzjoni tan-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun dieħla f’merger, jekk humiex sodisfatti bit-tagħrif modifikat li jkun irid jiġi pprovdut lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tkun saret in-notifika.
|
|
Artikolu 39 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom jawtorizzaw il-merger proposta jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:
(a)
il-merger proposta tikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-Artikoli 39 sa 42;
(b)
l-UCITS riċeventi ġiet notifikata, skont l-Artikolu 93, sabiex tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fl-Istati Membri kollha fejn il-UCITS li tkun se tidħol f’merger tkun jew awtorizzata jew kienet notifikata sabiex tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha skont l-Artikolu 93; u
(c)
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tal-UCITS li jidħlu f’merger u dawk riċeventi jkunu, rispettivament, sodisfatti bit-tagħrif propost li jkun se jitforna lit-titolari tal-unitajiet, jew li ma jkunu rċevew l-ebda indikazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri tal-UCITS riċeventi skont ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu (3).
|
|
Artikolu 39 5.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger iqisu li l-fajl ma jkunx komplut, huma għandhom jitolbu tagħrif addizzjonali fi żmien 10 ijiem minn meta jirċievu t-tagħrif msemmi fil-paragrafu 2.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom jinfurmaw lill-UCITS li tkun se tidħol f’merger, fi żmien 20 jum tax-xogħol mis-sottomissjoni tal-fajl komplut f’ konformita’ mal-paragrafu 2, jekk il-merger ġietx awtorizzata jew le.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom ukoll jgħarrfu lill-awtoritjiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi bid-deċiżjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 39 6.
|
L-Istati Membri jistgħu, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1), jipprevedu deroga mill-Artikoli 52 sa 55 għall-UCITS li qed jirċievi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|