|
+Artikolu 39 2. |
Artikolu 39 2.Il-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandha tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha:
(a)
l-abbozz ta’ termini komuni tal-merger proposta debitament approvata mill-UCITS li tkun se tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi;
(b)
verżjoni aġġornata tal-prospett u t-tagħrif ewlieni għall-investitur, kif imsemmi fl-Artikolu 78, tal-UCITS riċeventi, jekk tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor;
(c)
dikjarazzjoni maħruġa minn kull wieħed mid-depożitarji tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger u ta’ dawk riċeventi, fejn tikkonferma li, skont l-Artikolu 41, dawn ivverifikaw il-konformità mal-partikolari stabbiliti fil-punti (a), (f) u (g) tal-Artikolu 40(1) mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-regoli tal-fondi jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS rispettiva tagħhom; u
(d)
it-tagħrif dwar il-merger proposta li l-UCITS li tkun ser tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi jkollhom il-ħsieb li jipprovdu lit-titolari tal-unitajiet rispettivi tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’ tali mod sabiex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi jaqrawhom fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru jew ta’ dawk l-Istati Membri, jew f’lingwa approvata minn dawk l-awtoritajiet kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|