+Artikolu 39 3.

Artikolu 39 3.

Meta l-fajl ikun komplut, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger għandhom immedjatament jitrażmettu kopji tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li qed tirċievi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dawk tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li qed tirċievi għandhom, rispettivament, iqisu l-impatt potenzjali tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger kif ukoll tal-UCITS riċeventi biex ikun evalwat jekk it-titolari tal-unitajiet ġewx mogħtija l-informazzjoni adegwata.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu, bil-miktub, li t-tagħrif lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger jiġi ċċarat.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi jqisu li huwa neċessarju, huma jistgħu jeħtieġu, bil-miktub, u mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievu l-kopji tat-tagħrif komplut rikjest mill-paragrafu 2, li l-UCITS riċeventi timmodika it-tagħrif li trid tipprovdi lit-titolari tal-unitajiet tagħha.

F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS riċeventi għandha tibgħat indikazzjoni tan-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun se tidħol f’merger. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS li tkun dieħla f’merger, jekk humiex sodisfatti bit-tagħrif modifikat li jkun irid jiġi pprovdut lit-titolari tal-unitajiet tal-UCITS riċeventi, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tkun saret in-notifika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.