+Artikolu 40
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
|
Artikolu 40
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-UCITS li tkun se tidħol f’merger u dik riċeventi jfasslu abbozz ta’ termini komuni għall-merger.
L-abbozz ta’ termini komuni għall-merger għandu jistipula d-dettalji li ġejjin:
(a)
l-identifikazzjoni tat-tip ta’ merger u l-UCITS involuti;
(b)
l-isfond u l-ħsieb wara l-merger proposta;
(c)
l-impatt mistenni tal-merger proposta fuq it-titolari tal-unitajiet kemm tal-UCITS li jkunu deħlin f’merger kif ukoll tal-UCITS li jkunu qed jirċievu;
(d)
il-kriterji adottati għall-valutazzjoni tal-assi u, fejn applikabbli, tal-obbligi fid-data għall-kalkolu tar-ratio għall-kambju msemmija fl-Artikolu 47(1);
(e)
il-metodu tal-kalkolu tar-ratio tal-kambju;
(f)
il-jum effettiv pjanat għall-merger;
(g)
ir-regoli applikabbli għat-trasferiment rispettiv tal-assi u l-bdil tal-unitajiet; u
(h)
fil-każ ta’ merger skont il-punt (p)(ii) tal-Artikolu 2(1), u fejn japplika, il-punt (p)(iii) tal-Artikolu 2(1), ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS riċeventi li tkun għadha kemm twaqqfet.
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitolbu li tkun inkluża informazzjoni addizzjonali fl-abbozz tat-termini komuni għall-mergers.
|
|
Artikolu 40 2.
|
Il-UCITS li tkun se tidħol f’merger u l-UCITS riċeventi jistgħu jiddeċiedu li jinkludu aktar elementi fl-abbozz ta’ termini komuni għall-merger.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|